Reference: Volume 39D (1955), Part No. 4, Section , Page 799

Judgement Details


Date
14/12/1955
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
PASQUAELE ZERAFA vs CARMELO GAUCI
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1077 TAL-KODICI CIVILI - DANNI - KAWZI-DELITT - MINURI - RESPONSABILITA' CIVILI INDIRETTA
Summary
Kull min ghandu l-kura ta' minuri hu obligat ghall-hsara li jaghmel dak il-minuri, meta huwa ma jkunx ha hsieb ta' missier tajjeb tal-familja biex il-fatt ma jigrix. Fondament ta' dina r-responsabbilita' hu n-nuqqas ta' diligenza li l-persuna indirettament responsabbli kien imissha tippresta; u ghalhekk hemm bzonn li jigi pruvat illi l-persuna prezunta responsabbli ghall-fatt ta' hadd iehor tat okkazjoni ghal dak il-fatt bi htija taghha proprja. Ghax f'dan il-kaz si tratta ta' kwazi delitt, fejn hija rikjesta l-htija da parti tal-persuna responsabbli. Mhux necessarju li jkun hemm kwazi-delitt da parti ta' l-awtur tal-fatt, ghax il-persuni dikjarati responsabbli mill-ligi, huma tenuti mhuxminhabba l-htija ta' min ikkommetta l-fatt, imma mhabba l-htija taghhom proprja, billi ma mpedux il-fatt; u jirrispondu appuntu ghaliex ittraskuraw id-dover taghhom. Ghaldaqstant, missier, biex jigi dikjarat responsabbli ta' danni kommessi minn ibnu minuri, hemm bzonn li jigi pruvat li l-minuri kkommeta l-hsara, li l-minuri kien taht il-kura tieghu, u li l-missier ma uzax id-diligenza ta' missier tajjeb tal-familja, anzi ommetta l-vigilanza necessarja fuq ibnu, biex jipprevjeni l-fatt ta' ibnu. Rigward din il-kura, hu generalment ammess li din il-kelma hija adoperata lill-ligi f'sens, lat,jigifieri ta' kustodja attwali independentement jekk kienetx akkompanjata jew le bid-drittijiet u d-doveri tal-kura ta' dawk il-persuni li jitnisslu mill-patrija potesta', tutela jew kuratela. Immafil-missier hija riposta l-kura tal-minuri; u mhix il-prezenza tieghu materjali li tirrendieh responsabbli; izda d-direzzjoni u l-kura li skond il-ligi huwa ghandu tat-tfal minuri, li torbtu f'dan il-kamp; b'mod li anki jekk ihalli t-tfal minuri taht il-kura ta' ommhom, ir-responsabbilita' tieghu matispiccax, sakemm huwa jibqa' jezercita l-patrija potesta'. Imma jibqa' dejjem li jehtieg jigi pruvat li l-missier naqas mill-vigilanza fuq ibnu li timponilu l-ligi; u jekk din il-prova ma ssirx, huwa ma jistax jigi ritenut responsabbli ghall-hsara li tigi kagunata mit-tifel tieghu minuri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info