Reference: Volume 39D (1955), Part No. 2, Section , Page 789

Judgement Details


Date
13/12/1955
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
GIO MARIA CAUCHI vs GIORGIO MUSCAT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ARJA - ART. 492(4) U 1470 TAL-KODICI CIVILI - ILMA TAX-XITA - PIZ - RINUNZJA - SERVITU' - TIEQA
Summary
Servita' ta' tieqa hija servitu' apparenti; kif ukoll hija apparenti s-servitu' tar-reversament tal-ilma tax-xita minn fuq bejt ghal iehor per mezz ta' akkwedott artificjali. Il-ligi tiddistingwi espressament bejn servitu' u piz, jigifieri illi l-wahda ma ghandhiex x'taqsam mal-iehor, u l-piz ma jikkomprendix is-servitu'. Ghaldaqstant, meta jigi trasferit fond bhala liberu u frank minn pizijiet ugravami, ma jkunx qieghed jigi trasferit bhala liberu u frank wkoll minn servitujiet. U la servitu'kienet apparenti, l-akkwirent li xtrah bhala liberu u frank minn pizijiet u gravami ma jistax jippretendi li xtrah ukoll bhala liberu u frank minn servitujiet, ladarba fuq il-kuntratt ma nsistiex lil-fond ililu trasferit jigi ndikat bala liberu u frank anki minn servitujiet. Billi l-akkwirent tal-fond ikun akkwista wkoll l-arja tieghu, dan ma jfisserx illi l-venditur ikun irrinunzja tacitament ghall-ezercizzju ta' servitu' ta' tieqa li huwa ghandu li taghti ghal fuq il-bejt ta' dak il-fond. Ghax ir-rinunzja ghal servitu' apparenti trid tkun espressa, u mhux tacita' u bil-fatt tat-trasferiment tal-arja l-venditur ma jirrinunzjax ghal dik is-servitu', u l-akkwirent jista' jibni fuq dik l-arja, avvolja t-tieqa tibqa, tezisti, billi josserva d-distanzi legali minn dik it-tieqa.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment