Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 659

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/05/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
TEREZA CARUANA vs GIUSEPPE CARUANA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ALIMENTI PROVVIZORJI - DIGRIET - EZEKUZZJONI - KANONIZZAZZJONI - MARA - PROCEDURA - RIKONCILJAZZJONI - RINUNZJA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI - TITOLU
Fil-Qosor
Digriet ta' alimenti provvizorji huwa, skond il-ligi, titolu ezekuttiv; u ghalhekk il-mara li favurtaghha gie moghti dak id-digriet ghandha titolu sufficjenti, u ma ghandhiex bzonn ta' titolu iehor biex tezegwixxi l-istess digriet. Imma dan ma jfisserx li minhabba f'hekk il-mara ma tistax titlob il-kundanna tar-ragel biex ihallash l-alimenti msemmijin f'dak id-digriet, jew illi kik il-procedura hija, almenu ghal kollox, inutili; ghax skond il-gurisprudenza taghna ma hemm ebda ostakolu ghad-domanda tla-kreditur gall-kanonizzazzjoni tal-kreditu, ghalkemm ikollu ga fitolu iehor; b'dana, pero', illi, meta jaghmel il-procedura tal-kanonizzazzjoni, li hi aktar dispendjuza, hu ghandu jhallas l-ispejjez differenzjali li jikkaguna lid-debitur bil-procedura aktar dispendjuza li huwa jkun ghazel. Billi l-mizzewgin, fil-kors tal-kawza fejn gie moghti d-digriet tal-alimenti provvizorji; imorru joqghodu flimkien fuq rakkomandazzjoni tal-Qorti biex jaraw jitghux jaslu ghal xi rikonciljazzjoni, il-mara ma tigiex li titlef l-effettti tad-digriet, jew li rrinunzjat ghal dawk l-effetti, jekk dak it-tentattiv ta' rikonciljazzjoni ma jirnexxix u hija terga titlaq id-dar konjugali. F'dan il-kaz, hija tista' tagixxi kontra r-ragel ghall-alimenti li gew lilha dekretati bid-digriet ta' qabel.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni