Referenza: Volum 39C (1955), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 529

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/10/1955
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Partijiet
MARIA BONELLO vs EMMANUELE FORMOSA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1041 U 1051 TAL-KAP.23 - BZONNIJIET TAD-DAR - MANDAT - MARA - SELF
Fil-Qosor
Bhala regola, il-ligi tichad il-kapacita' tal-mara mizzewga li tikkuntratta f'dawk l-atti li hija taghmel f'isimha u fl-interess taghha, jew f'isem ir-ragel, meta ma tkunx hadet il-kunsens ghal hekk minn ghandu. Dan il-kunsens hu prezunt minn natura stess ta' l-obbligazzjonijiet li tassumi l-mara, meta l-istess ikunu manifestament tant vantagguzi li ghandhom jigu ritenuti kuntratti ghall-vantagg tal-familja, bhal ma huma l-bzonnijiet tad-dar soliti u ta' kuljum; b'mod illi, meta mara mizzewga litghix mar-ragel taghha tikkuntratta xi obbligazzjoni li hi manifestament vantagguza ghall-familja,obligazzjoni simili ghandha tigi ritenuta bhala kuntrattata bil-kunsens tacitu tar-ragel; u l-mara mizzewga, meta hekk tikkuntratta, tobliga mhux lilha nnfisha, izda lir-ragel taghha. Fil-prattika jigri spiss illi xi rgiel jikkonsenjaw il-qliegh taghhom lill-mara taghhom li tkun tgawdi l-fiducja taghhom, u jiddelegawlha l-amministrazzjoi domestika; u f'dawn il-kazijiet l-obligazzjoni li tikkuntratta l-mara torbot lir-ragel, meta dan ma jkunx iddifida lit-terzi li jkunu kkuntrattaw mal-mara u t-terzi jkunu kkuntrattaw mal-mara in bwona fede. Din il-prezunzjoni tal-kunsens tacitu tar-ragel hija"juris tantum"; u hija eskluza meta huwa ma jkunx ta kunsens lill-martu biex tissellef flus u kien jaghtiha regolarment il-flus biex thallas. Il-mandat tacitu tar-ragel fil-konfront tat-terzi hu prezunt, u hija tista' tixtri l-hwejjeg ta' necessita', minghajr ma jinkombi lill- bejjiegha li jindaga jekk ir-ragel fornie jew le lill-martu l-flus mehtiega biex tixtri; imma tibqa' r-responsabbilta' tat-terzi jekk kienu jafu, jew kien imisshom mic-cirkustanzi jipprezumu, li l-mara realment kellha flusminghand zewgha biex tixtri xi oggetti, u hija kkonvertiet dawk il-flus f'uzu iehor.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni