Reference: Volume 38C (1954), Part No. 4, Section 1, Page 772

Judgement Details


Date
13/12/1954
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
IL-MAESTA' TAGHHA R-REGINA vs SPIRU QUINTANO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 591 U 191 TAL-KAP. 12 - ATT TA' AKKUZA - BILJETT TA' CHAR-A-BANC - DOKUMENT - FALZ DOKUMENTALI - KORREZZJONI - NULLITA' - SKRITTURA
Summary
Il-kelma "dokument" ghandha sinifikat ampju, fis-sens ta' kwalunkwe haga li tiswa biex tipprova l-verita'; u konsegwentement ma tillimitax ruhha ghas-sens biss ta' "skrittura". Jekk l-akkuza tkun ta'falsifikazzjoni, wiehed ma jistax jghid "falz dokumentali" minghajr ma jissupponi "skrittura"; u ghalhekk f'materja ta' falsifikazzjoni l-kelma "dokument" tirrestringi ruhha ghas-sinifikat ta' skrittura. Ghalhekk l-uzu tal-kelma "dokument" fil-kontest ta' akkuza ta' falsifikazzjoni ma tistax tippregudika lill-akkuzat; u l-Qorti tista' tordna li l-kelma "dokument" tigi sostitwita bil-kelma "skrittura", avvolja l-akkuzat ikun ta l-eccezzjoni ta' nullita' tal-att tal-akkuza. U dik il-korrezzjonitista' tigi ordnata mill-Qorti Kriminali kif komposta mill-Imhallef ordinarju sedenti ghall-gudizzju plenarju. Ghaldaqstant, l-eccezzjoni li l-att tal-akkuza huwa null fuq il-motiv l l-akkuza hi ta'falsifikazzjoni, u fih giet uzata l-kelma "dokument" minflok il-kelma "skrittura", u li ghalhekk ir-reat mhux migjub jew imfisser fih kif inhu migjub jew imfiser fil-ligi, ma hix accettabbli. Biljett ta' Char-a-banc huwa skrittura, u mhux ta' ostaklu ghall-kwalifika ta' dak il-biljett hu stampat;u huwa skrittura l-fatt li l-biljett hu stampat; u huwa skrittura kummercjali, ghax konness ma' impriza tat-trasport.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment