Reference: Volume 38C (1954), Part No. 2, Section , Page 606

Judgement Details


Date
10/12/1954
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
NICOLA FARRUGIA PR. ET. NE. ET. vs FRANCESCO FARRUGIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2212 (1), 2223, 2224, U 2239 TAL-KODICI CIVILI - INTERRUZZJONI - MANDAT - PRESKRIZZJONI - PUSSESS - RIKONOXXIMENT - RINUNZJA
Summary
Il-preskrizzjoni estintiva hija bazata fuq l-inerzja tat-titolar tad-dritt li kontra tieghu tigi opposta; imma s-semplici inerzja tal-proprjetarju tal-haga mhix bizzejjed biex ittellfu jew tnaqqaslud-dritt tieghu ta' proprjeta'. Il-proprjeta' ma tintilefx bis-semplici inerzja tat-titolar tad-dritt billi dan ma jaghmelx uzu minnha, sakemm ma jisorgix l-operat ta' hadd iehor li jippossjedi dik il-haga bhala tieghu, u dan il-pussess idum ghandu tletin sena bl-inerzja tas-sid, u jkun "enimo domini" jkollu l-karattri l-ohra rikjesti mill-ligi. Il-pussess prekarju huwa ostativ ghall-preskrizzjoni "ratione initii"; b'mod li, jekk wiehed ikun jippossjedi haga bhala mandatarju ta' sidha, dak il-pussess ma jistax iservi ta' bazi ghall-preskrizzjoni. U l-oppizizzjoni tal-possessur ghad-dritt tal-proprjetarju ghandha ssir b'atti esterjuri univoci, li jaffermaw b'mod car u pozitiv il-volonta' tieghu li jbiddel il-kawza tal-pussess tieghu. Ir-rikonoxximent tad-dritt tal-proprjetarju fuq il-haga tieghu jammonta ghal att interruttiv tal-preskrizzjoni, avvolja dak ir-rikonoxximent ma jkunx sarbil-miktub; ghax hija sufficjenti espressjoni kwalunkwe ta' volonta' tar-rikonoxximent. U r-rikonoxximent ma hux hag'ohra hlief rinunzja, b'mod li ghalih huma applikabili r-regoli tar-rinunzja, fosthom dik li tista' tkun espressa jew tacita. Lanqas hemm bzonn li r-rikonoxximent jigi accettat mit-titolar tal-haga jew tad-dritt hekk rikonoxxut; ghax ir-rikonoxximent jammonta ghal konfessjoni, li hija att merament unilaterali. Meta wiehed jakkwista fond fl-interess u bhala mandatarju ta' hadd iehor, il-mandat jsir proprjetarju tal-haga hekk akkwistata ghalih "ex tune". Dan, pero', isehh fir-relazzjonijiet interni bejn l-akkwirent u l-mandatarju; u ghalhekk, biex dan l-akkwist ikun jiswa quddiem it-terzi, hemm bzonn li l-fatt guridiku ta' l-akkwist fl-interess tal-mandanti jigi perfezzjonat billi l-akkwirent jittrasferixxi lill-mandanti dak il-fond b'att notarili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info