Referenza: Volum 45C (1961), Parti Nru. 2, Taqsima , Paġna 557

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/02/1961
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
DOLORES ZAMMIT vs GIO MARIA ZAMMIT
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RIKONCILJAZZJONI - SEPERAZZJONI PERSONALI
Fil-Qosor
Huwa maghrfu illi, biex jista` jinghad li saret rikonciljazjoni bejn il-mizzewgin, hemm bzonn illi dawn ikunu jridu, u juru bil-fatti li jridu, jirrikostruwixxu l-hajja konjugali u jirrikomponu dik il-komuanza ta` affetti, sentimenti u nteressi, li tikkostitwixxi l-essenza ta` dik il-hajja; u ghalhekk ma ghandux jitqies bhala rikonciljazzjoni l-fatt tas-semplicjunjoni tal-mizzewgin, meta jkun segwit minn dissidji u minn firda ohra. Iz-zmien li l-mizzewgin ikunu qaghdu flimkien qabel ma regghu nfirdu ma ghandux importanza deciziva; u r-rikonciljazzjoni bhala rinunzja ta` drittijiet, ma ghandiex tigi prezunta; u f'kaz ta` dubju ghandha tigi skartat, jew, fl-aghar ipotesi, gahndu jiftiehem likien hemm biss tentattiv ta` rikonciljazzjoni. Xejn ma jiswa lil-mizzewgin ikollhom relazzjonijiet intimi fiz-zmien li jkun regghu marru flimkien; ghaliex jibqa` dejjem lim a jkunx hemm hemm l-intezjoni serja li jergghu jirristabbixxu l-konvivenza konjugali fil-paci u fil-konkordaja, li huma l-essenza tar-rikonciljazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment