Reference: Volume 41C (1957), Part No. 1, Section , Page 592

Judgement Details


Date
08/02/1957
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
WALTER GEORGE WHICKER NE. vs CARMELO CARUANA NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APERTURA TA' KREDITU - BANK - DOKUMENTI - MERKANZIJA
Summary
Il-Bank li jaccetta l-mandat li jiftah kreditu ghandu jagheml ezattament dak li l-klijent ikun irrikjeda li huwa jaghmel. Mill-Banda l-ohra, wiehed mill-iskopijiet tal-apertura ta' kreditu huwa dak li jissodisfa l-interess tal-venditur li l-kumpratur ma jigix fil-pussess tal-merkanzija jekk kontestwalment ma jhallasx il-prezz taghha, u skop iehor hu dak li jissodisfa l-interess tal-kumpratur li ma jhallasx jekk ma jircevix il-merkanzija. L-interpozizzjoni tal-Bank, mbghad, hija kawtelata bil-garanzija reali derivanti mill-pussess tat-titoli u tad-dokumenti relattivi - bil-garanzija reali derivanti mill-pussess tat-titoli u tad-dokumenti tal-merkanzija, jekk hu xi mod tajjeb jew hazin, il-kumpratur jottjeni l-pussess tal-merkanzija minghajr dawk it-titoli u dokumenti. Ghaldaqstant tohrogir-regola illi, jekk il-kumpratur ikun gie fil-pussess tal-merkanzija, ma jistghax jirrifjuta li jirrimborza lill-Bank il-prezz li dan ikun hallas lill-venditur ghal dik il-merkanzija fit-termini tal-apertura tal-kreditu. Hu veru li fl-apertura ta' kreditu l-obligazzjonijiet tal-Banka ordinatorjahuma cirkoskritti mill-kondizzjonijiet tal-apertura tal-kreditu, u illi fost l-obligi tal-Banka ordinatorja hemm dak li tivverifika r-regolarita' tad-dokumenti li jigu lilha prezentati, sabiex tara jekk jikkorrispondux mal-klawsoli tal-akkreditament, u ghalhekk normalment il-Bank, qabel ma jhallas,ghandu jikkunsidra xi diskrepanza tista' tinfluwixxi fuq il-klawsoli tal-apertura tal-kreditu, u kwindi l-Qorti jkollha tezamina l-kwistjoni jekk fil-kaz li l-Banka tkun hallset ghan-nom tal-mandanttaghha, il-Banka ghamletx sewwa jew kienitx f'kolpa filli ma taghtix kaz ta' dik id-diskrepanza; imma l-irtir tal-merkanzija da parti tal-mandant jissana l-hlas maghmul mill-Banka; ghaliex dak l-irtirbilfors jimplika l-accettazzjoni tar-regolarita' tad-dokumenti. Diversament jigi kreat l-assurd guridiku li l-kommittent tal-apertura tal-kreditu jista' min-naha wahda jirtira l-merkanzija u jispekulaha, u minn naha ohra jirrifjuta li jhallas lill-Banka ordinatorja li tkun hallset il-prezz kolluskond it-termini tal-apertura tal-kreditu; jekk il-Banka kienet estranea ghal dak il-ftehim jew arrangament, hija ma ghamletx hag'ohra hlief ezegwiet l-obligi taghha skond it-termini tal-apertura tal-kreditu. Il-Banka kienet biss vinkolata mit-termini tal- kummissjoni taghha kif manifestati lill-beneficarju; u ghalhekk, meta hija hallset skond dik l-apertura tal-kreditu, dak il-hlas ma jistghax jigi mpunjat mill-kommittent, ga ladarba dan ikun irtira l-merkanzija; u dan hu obligat jirrifondi lill-Banka ordinatorja s-somma li hija tkun hallset ghalih.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info