Reference: Volume 43D (1959), Part No. 3, Section , Page 849

Judgement Details


Date
24/02/1959
Court
OF COMMERCE
Judiciary
GOUDER TANCRED
Parties
LORENZO SAID vs NATALE TURCO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1425(1), 1420, U 1426(1) TAL-KODICI CIVILI - BEJGH TA' HAGA INEZISTENTI - DANNI - NULLITA'
Summary
Jekk l-oggett tal-bejgh ma kienx jezisti fiz-zmien li sar il-kuntratt tal-bejgh, il-vendita hija nulla; ghaliex ma tistghax tinbiegh haga li meta tinbiegh tkun iccessat li tezisti. U tabilhaqq, il-ligi taghna tiddisponi wkoll illi tista' tinbiegh kwalunkwe haga li hi fil-kummerc, kemm il-darba t-trasferiment taghha ma jkunx projbit minn xi ligi specjali; kwindi ma jistghux jinbieghu l-hwejjeg kollha li huma "extra commercium", u hija kondizzjoni ndispensabbli, biex haga tkun fil-kummerc, li tkun tezisti, jew almenu, jekk ma tezistix fil-mument tal-bejgh, tkun tista' tezisti aktar il-quddiem.Pero', hija wkoll ligi illi, jekk il-bejjiegh kien jaf li l-haga ma kienetx tezisti, u x-xerrej makienx jaf b'dan, il-kumpratur ghandu dritt ghall-hlas tad-danni minn ghand il-venditur. Fil-kaz prezenti, l-attur kien xtara kwantita' ta' laring minn ghand il-konvenut, li kellu jipprokuralu l-ispedizzjoni minn Catania, u mbghad ma gieblu xejn, ghax allega illi l-laring kien spicca, u ghalhekk makienx jezisti, meta sar il-bejgh; u l-Qorti, wara li enuncjat dawn il-principji, laqghet it-talba tal-attur ghad-danni, fuq il-motiv pero' li l-provi kienu juru li l-laring ma kienx spicca u kien jezisti meta sar il-bejgh.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment