Reference: Volume 43D (1959), Part No. 2, Section , Page 834

Judgement Details


Date
14/12/1959
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
MICHAEL ATTARD vs GRAZIA MEILAK ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AZZJONI KAMBJARJA - CHEQUE - LEGITTIMA - PAGAMENT - PROVA - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Summary
Il-prova tal-pagament tinkombi lil min jallegah; u mhix prova l-fatt li jkun inghata cheque bi hlastal-kreditu dovut, jekk jirrizulta li dak ic-cheque ma giex imhallas mill-Bank ghax l-emittent tac-cheque lahaq miet qabel ma dak li rcevieh mar il-Bank biex isarrfu. Xejn ma jiswa li l-kreditur ikunmar isarraf ic-cheque xi granet wara li hu rcevieh, u li fl-intervall it-traent lahaq miet; ghax hu, meta jitlob il-hlas tal-kreditu tieghu billi ma lahaqx sarraf ic-cheque, ma jkunx qed jagixxi bl-azzjoni kambjarja, imma jkun qed jagixxi bl-azzjoni ordinarja derivanti mir-rapport guridiku li nholoq bejn il-kreditur u d-debitur. U billi l-legittimarji ma humiex eredi, u kwindi huma ma humiex kontinwaturi tal-persuna tal-mejjet, l-azzjoni ghall-pagament ghandha tigi diretta biss kontra l-erediminghajr in-necessita' li jkunu prezenti fil-kawza l-legittimarji, b'mod li, jekk il-kreditur iharrek anki lil-legittimarji, dawn ghandhom jigu liberati mill-osservanza tal-gudizzju, bl-ispejjez kontra l-attur kreditur; u dan avvolja huwa jkun harrikhom ghall-interess li jista' jkollhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment