Reference: Volume 43D (1959), Part No. 2, Section , Page 696

Judgement Details


Date
21/04/1959
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CARUANA COLOMBO VICTOR J.
Parties
PAOLINA PORTELLI vs GRAZIA SCICLUNA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1409 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - KAPARRA
Summary
Il-kapparra hi konfermatorja meta l-iskop taghha jkun li tassikura l-ezekuzzjoni tal-obligazzjoni; hi penitenzjali meta dak l-iskop hu li toffri mezz ta' skamp jew helsien mill-obligazzjoni. Fil-gurisprudenza u d-dottrina guridika jipprevali s-sistema li jiddistingwi skond jekk il-kapparra tigix moghtija qabel jew wara l-perfezzjoni tal-kuntratt; fl-ewwel kaz, meta tinghata f'konvenzjoni preliminari, bhal meta tinghata fi promessa ta' bejgh, ghandu jigi lilha attribwit karattru penitenzajli, cjoe' tali li kull wiehed mill-partijiet jista' jirrecedi mill-konvenzjoni billi jitlef il-kapparra moghtija jew jizborza d-doppju ta' dik ga ricevuta; mentri fit-tieni kaz, meta l-kapparra tigi moghtija ghall-kuntratt perfett u definittiv, bhal dak ta' bejgh attwali, il-kapparra ghandha karattru konfermatorju, u allura mhux lecitu lil ebda wahda mill-partijiet li xxolji ruhha mill-kuntratt billi titlef il-kapparra. Il-ligi taghna tikkontempla l-kapparra fil-kaz biss ta' promessa ta' bejgh, fejnlill-kapparra, skond dawn il-principji, jinghata l-effett penitenzjali. U allura x-xerrej li jkun ta kapparra fuq att ta' konvenju ma jistax jezigi r-restituzzjoni tal-kapparra minnu moghtija, jekk hu jirrifjuta li jersaq ghall-att tal-bejgh definittiv, u dan ir-rifjut ma jkunx gustifikat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment