Reference: Volume 32A (1945), Part No. 1, Section , Page 163

Judgement Details


Date
16/02/1945
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., HARDING WILLIAM
Parties
LORENZO BUTTIGIEG vs HENRY HIRST NE
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 838, 1138, 1139, 1104 U 1145 TA' L-ORDINANZA VIII TA' L-1868 - BEJGH - DANNI - DIFFORMITA' TA' L-OGGETT MAL-KWALITA' MIFTEHMA - IMPJEGATI TAL-GVERN - KAP TA' DIPARTIMENT - KOLPA AKWILJANA UKOLPA KONTRATTWALI - KURUNA - PROFESSJONISTA - RIZOLUZZJONI TAL-KUNTRATT - VIZZJU REDIBITORJU - ZBALL
Summary
Il-vizzju redibiforju huwa dak id-difett li jirrendi l-oggett tal-bejgh mhux tajjeb ghall-uzu tieghu, jew li jnaqqas talment il-valur tieghu illi, kieku kien jaf bih, ma kienx jixtri. Jekk l-oggett ma jkunx konformi ghall-ftehim ma hemmx vizzji redibitorju, imma jkun il-kaz ta' inadempjenza tal-kuntratt, li ma ghandha x'taqsam xejn mal-garanzija tal-vizzji redibitorju. Il-kumpratur ghandu drittjitlob ir-rizoluzzjoni tal-kuntratt meta l-oggett ma jkunx konformi ghall-ftehim, avvolja jkun ircieva l-oggett tal-bejgh, sakemm ma jkunx tilef dan id-dritt bil-fatt tieghu stess. L-Izball skuzabbliminhabba nuqqas ta' htija jezenta lill-venditur mir-responsabilita' tad-danni meta dawn ikunu gejjin minn kolpa kontratturali, u mhux meta jkunu dannu minn kolpa akwiljana. Meta l-kolpa tkun akwiljana, il-Gvern huwa ezenti mir-responsabilita' tad-danni sakemm ma tigix pruvata il-"culpa in eligendo" fl-ghazla ta' l-impjegati tieghu: imma meta l-kolpa tkun kontratturali, il-kap tad-Dipartiment lighamel il-kuntratt u jkun inadempjenti fih, huwa responsabbli anki ghal fatti jew zbalji ta' l-impjegati tieghu. Il-htija, biex taghti lok ghad-danni, trid tkun provata, u trid tigi pruvata minn minjallegaha: u ma hemmx lok ghal dina r-responsabbilita' jekk, avvolja ttiehed zball, dan ittiehed wara li giet uzata d-diligenza tal-"bonus pater familias". Il-professjonista li jiehu zball fil-gudizzju tieghu ma jirrispondix ghad-danni jekk l-izball ma jkunx grossolan, u jekk tkun giet minnu adoperata d-diligenza ordinarja li trid il-ligi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment