Reference: Volume 40B (1956), Part No. 1, Section 1, Page 430

Judgement Details


Date
14/12/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
A.I.C. CARMELO FALZON vs WILLIAM GALEA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1209(C), 1981, 1982, U 1976(1) TAL-KODICI CIVILI - CITAZZJONI - KAWZALI - MANDAT - PERIT - RIFUZJONI TA` INDEBITU - SURROGA - WAR DAMAGE COMMISSION
Summary
Il-lokuzzjoni "ghal kwalunkwe titolu u kawza ohra valida fil-ligi", adoperata fic-citazzjoni, ma tintitolax lill-attur li jirradika l-azzjoni teighu fuq xi kawzali ohra li ma tkunx minnu specifikatament indikata fic-citazzjoni. Min ihallas "bhala obligat ma ohrajn jew ghall-ohrajn" huwa b'ligi, surrogat fid-drittijet tal-kreditur ligie mhallas. Ghaldaqstant perit lihareg "mandati" taht ir-responsabbilita` finanzjarja teighu personai, biex fuqhom il-War Damage Commission thallas il-kumpens dovut ghall-hsara tal-gwerra lill-"claimant", u wara jirrizulta li fuq dawk il-mandati l-"Commission" thallas akatar mill-ammont tal-kumpens li mbaghad jirrizulta dovut, u l-perit hu surrogat fid-drittijiet tal-Kummissjoni ghar-rifuzjoni ta` dak l-eccess; u ghalhekk huwa ghandu dritt jirreklama r-restituzzjoni tas-somma tal-indebitu huwa ghandu d-dritt jirreklemaa r-restituzzjoni tas-somma tal-indebitu, minu rifuza lill-Kummissjoni, minn ghand il-"claimant" bis-sahha ta` dik is-surroga. Jekk sid il-fond danneggajat kien qabbad kuntrattur biex jaghmillu x-xoghlijiet tat-tiswija tal-hsara tal-gwera, u kien tah il-fakolta` li jithallas direttament mill-War Damage Commission, u dan il-kuntrattur iqabbad il-perit biex jiddirgi x-xoghlijiet, u bil-kunsens tas-siid jinkarika lil persuna ohra biex tidher bhala "claimant" quddiem il-"commission" u tircievi l-kumpens li thallas dik il-Kummissjoni, din l-persuna l-ohra tircievi dak il-kumpens bhala mandatarju ta` sid il-fond, billi l-kwalita` ta` mandatarju ta` dik il-persuna l-ohra kienet nota lill-partijiet interessati; b'mod illi, jekk dak il-mandatarju jkun agixxa fil-limiti tal-mandat li kellu, ir-rifuzjoni tal-indebitu hija dovuta minn sidil-fond bhala mandant. Ghax il-mandatarju ma jikkuntrattax obligazzjonijet favur it-terzi, u jorbot biss l-mandant, sakemm huwa jkun agixxa fil-litmit tal-mandat. Ghaldaqstant, f'dawn ic-cirkustanzi, l-azzjoni tal-perit ghar-rifuzjoni tal-indebitu minnu mhallas lill-War DAmage Commission mhis sostnuta kontra dak il-mandatarju. U dan lanqas taht ir-rifless illi l-perit, meta hareg il-"mandati"fuq ir-responsabbilita` finanzjarja teighu personali, kien qieghed b'daqshekk jassumi garanzija ghall-"claimant"; ghax dik il-garazija saret in definittiva favur il-mandat sid ilfond, likien il-veru titolari tal-"claim". Il-kwisjoni jekk il-kuntrattur ghamilx jew le x-xoghlijiet kollha li kellu jaghmel u li ghalihom hallset il-Kummissjoni; dik jekk fil-konteggi bejn is-sid u l-kuntrattur dan jirrizultax debitur jew kreditur; dik jekk kienx hemm xi lokupletazzjoni indebita favur is-sid; dik jekkl-eccess spiccax in definittiva fil-but tal-kuntrattur; huma kollha kwistjonjiet li jibqghu impregudikati bejn is-sid u l-kuntrattur, u ma ghandhomx x'jaqsmu mat-talba tal-perit ghar-rifuzjoni tas-somma li hu hallas lill-Kummissjoni fl-interess tas-sid; u ghalhekk il-pozizzjoni guridika tissintetizza ruhha filli s-somma tal-indebitu thallset mill-Kummissjoni fl-interess tas-sid; u ghalhekk il-pozizzjoni guridka tissintetizza ruhha filli s-somma tal-indebitu hallset mill-Kummissjoni lis-sid permezz tal-mandatarju, u din is-somma l-perit ghandu jehodha b'effett tas-surroga tieghu fid-drittjiettal-Kummissjoni, u l-perit ghandu d-dritt li jirreklama s-somma tal-indebitu minn ghand is-sid.Il-fatt li quddiem il-Kummissjoni kien jidher bhala "claimant" il-mandatarju ghal konvenzjoni dipartimentali ma jaltera qatt ir-regoli tal-mandat u l-effetti guridici ta` dawk ir-regoli; u l-indebitujintalab kontra min ircevih; u ladarba s-somma rceviha s-sid permezz tal-mandatarju, gahndha tintalakontra s-sid. Dan id-dritt tal-perit kontra s-sid hu anki radikat fuqil-fatt li hu hallas, b'effetttal-assunzjoni kontrattwali inkorporata fil-kliem "on my own financial responsibility", dejn li diversament kien ikollu jhallas is-sid. Il-fatt li talvolta l-perit ma qaghdx attent bizzejjed fir-redazzjoni tal-"claim" ma jistax inehhilu d-dritt ghar-rifuzjoni tal-eccess minnu maghmul lill-"Commission "; jista`, se maj, igib ghal-responsabbilitajiet u sanzjonjiet ohra taht il-War Damage Ordinance, imma ma jistax ibiddel il-pozizzjoni guridika fuq delineata. U lanqas ma jimmilita kontra teighul-fatt li hu hallas l-indebitu minghajr ma kkontestah, jekk hu kien obligat ihallas minufih, u seta`jikkntestah biss wara li jkun ghamel ir-rifuzjoni; u dan aktar u aktar jekk huwa hallas bi protesta, b'mod li ma pprekluda li hadd iehor biex jikkontesta l-indebitu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment