Reference: Volume 33F (1948), Part No. 4, Section , Page 756

Judgement Details


Date
08/11/1948
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs NOBBLI MAGGUR HENRY E. SANT CASSIA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
REKWIZIZZJONI - TISWIJA TAL-HSARA TAL-POST REKWIZIZZJONAT
Summary
Fil-kaz li tkun mehtiega t-tiswija ta' fond ghax ikun perikoluz ghan-nies li joqoghdu fih, imma li jkun rekwizizzjonat, il-principju dwar min hu obligat jaghmel l-ispejjez tat-tiswija, hu illi, jekk l-istat kontravvenzjonali qed jinholoq minhabba xi uzu specjali u straordinarju li jkun qed isir mill-post bhala konsegwenza tar-rekwizizzjoni, jista' jkun li, eccezzjonalment, l-obligu tat-tiswija tal-fond jaqa' fuq l-awtorita' rekwizizzjonanti; imma meta l-uzu hu ordinarju u normali, bhal ma hu l-uzu tal-fond ghall-abitazzjoni, u ma ikunx hemm cirkustanzi ohra eccezzjonali, allura sid il-post majistax jehles mill-obligu tieghu li jsewwi l-post minhabba l-fatt tar-rekwizizzjoni. Fil-kaz prezenti kienet dar li kellha travu li kien qed jimminaccja rovina. Sidha kien qed ihalliha battala, ghax barra l-hsara ta' dak it-travu, id-dat kellha difetti radikali ghax kienet mibnija fuq pedamenti mhux sodi, u huwa ma riedx jiehu r-responsabilita' li jdahhal nies fiha. B'dan kollu l-Housing Commissioner irrekwizizzjonaha u dahhal in-nies fiha; u mbghad ippretenda li s-sid kellu jsewwi dak il-trava, Gie, deciz illi fic-cirkustanzi l-persuna obligata ssewwi dak it-travu kienet l-awtorita' rekwizizzjonanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment