Reference: Volume 36B (1952), Part No. 1, Section , Page 256

Judgement Details


Date
27/10/1952
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
LORENZO MICALLEF ET. vs FILIPPO CILIA ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 1508 (2) TAL-KODICI CIVILI, U ART. 221 (1) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - EZERCIZZJU TAR-RETRATT FL-INTERESS TA' HADD IEHOR - NULLITA' - RETRATT - SELF - SIMULAZZJONI - SPEJJEZ GUDIZZJARJI
Summary
Ir-retratt ma jistax jigi ezercitat ghall-komodu ta' hadd iehor. Din hija regola stabbilita mill-ligi. Imma l-gurisprudenza recenti ammettiet temperamenti ghar-rigur li bih din ir-regola kienet qabel tigi applikata, fosthom dak illi min ghandu d-dritt tar-retratt gentilizju mhux obligat izomm ghalih, anki ghal mument wiehed, il-fond irkuprat; kif ukoll dak illi, wara li tkun saritlu r-rivendizzjoni, ir-retraent jista' jerga' jiddisponi mill-fond bi profitt, anki jekk dan kien il-hsieb tieghu sa minn qabel ma huwa ezercita l-irkupru. Imma jekk ir-retraent ikun ga' ftiehem ma' hadd iehor minnqabel li ghandu jittrasferilu l-fond meta ssibu r-rivendizzjoni, allura jkun hemm in-nullita' ta' l-irkupru. Is-self li wiehed jikkontraji biex jipprokura l-flus biex bihom jezercita l-irkupru, ma jikkostitwix, wahdu, motiv ta' invalidita' ta' l-irkupru. Huwa veru li min jallega li r-retratt gieezercitat fl-interess ta' hadd iehor jista' jipprova l-allegazzjoni tieghu per mezz ta' indizji u cirkustanzi ohra, u li ma hemmx bzonn li huwa jgib provi diretti; imma hemm bzonn li dawn l-indizji ucirkustanzi jirradikaw fl-animu tal-gudikant il-konvinzjoni morali li l-irkupru gie ezercitat ghall-komodu ta' hadd iehor, u mhux fl-interess tar-retraent. Fil-kaz prezenti gie ritenut li l-allegazzjoni li l-irkupru gie ezercitat fl-interess ta' hadd iehor ma gietx sufficjentement pruvata. Biex il-Qorti tadotta temperament fil-kap ta' l-ispejjez, hemm bzonn li jirrikorru ragunijiet gravi li jiggustifikaw l-azzjoni ta' l-attur, ghax diversament, ir-regola li s-sokkombent fil-meritu ghandu jigikundannat ihallas l-ispejjez tircievi applikazzjoni f'numru wisq zghir ta' kazi; b'mod li r-regola ssir eccezzjoni. Fil-kaz prezenti, il-Qorti ta' l-Ewwel Grad, wara li rrigettat l-allegazzjoni ta' l-attur fis-sens li l-konvenut kien ezercita l-irkupru fl-interess ta' hadd iehor, immoderat il-kap ta' l-ispejjez, billi rriteniet li l-attur kellu raguni jissuspetta li dak li allega kien minnu; immal-Qorti ta' l-Appell irrevokat dak it-temperament, u akkollat l-ispejjez kollha lill-attur, ghaliexqalet illi semplici suspett ma hux bizzejjed biex ma tigix osservata r-regola tal-ligi dwar l-ispejjez tal-kawza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment