Reference: Volume 35B (1951), Part No. 2, Section , Page 403

Judgement Details


Date
30/04/1951
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
CAMILLERI ALBERT V.
Parties
VINCENZO CARABOTT ET. vs AVUKAT DR. JOHN GOUDER ET. NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 2261 (C) U 2265 TAL-KODICI CIVILI, U ART. 749 (A) TAL-KODICI TAL-PROCEDURA CIVILI - EZEKUTUR TESTAMENTARJU - GURAMENT - INTERRUZZJONI - KOMPETENZA - KURATUR - PRESKRIZZJONI - TESTMENT - VALUR
Summary
Ghall-finijiet tal-kompetenza, il-valur ta' l-oggett fil-kawza jigi determinat mit-talba, meta t-talba hija ghall-hlas ta' somma determinata. Meta l-gudizzju dwar it-talba in kontestazzjoni jkun jivversa fuq is-somma intiera reklamata u fuq l-uniku titolu li ghalih ikun hemm riferenza fit-talba, il-Qorti ta' Kompetenza Superjuri tibqa' kompetenti li tiehu konjizzjoni ta' dik it-talba ghal somma akbar minn £10, avvolja dik is-somma tkun mitluba minn aktar minn persuna wahda u, meta dik is-sommatigi ratizzata bejn il-persuni atturi, is-sehem li jmisshom minnha ikun anqas minn £10. Ir-rikonoxximent ta' dejn maghmul mit-testatur f'testment jammonta ghal att interrattiv tal-preskrizzjoni; u ghalhekk, jekk il-kreditur jigi 'l quddiem bl-azzjoni diretta kontra l-eredita' tat-testatur debitur,dik l-azzjoni hija suggetta ghall-preskrizzjoni ordinarja li tolqot dik l-azzjoni, u li tibda tiddekorri almenu mill-mewt tat-testatur. Mentri, jekk il-kreditur jagixxi bl-azzjoni "ex testamento", il-preskrizzjoni applikabili hija dik li tolqot din l-ahhar imsemmija azzjoni. Meta l-preskrizzjoni litolqot l-azzjoni ezercitata hija dik ta' hames snin (bhal ma kien il-kaz prezenti), dik il-preskrizzjoni tista' tigi kombattuta biss bid-deferiment tal-gurament lil min jeccepiha; imma dan il-gurament jinghata biss meta l-eccipjent huwa l-eredi jew xi aventi kawza tad-decujus, u ma jistax jigi deferit lill-kuratur ta' l-eredita' gjacenti jew lill-ezekutur testamentorja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info