Reference: Volume 45D (1961), Part No. 4, Section 2, Page 929

Judgement Details


Date
08/04/1961
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs SAVIOUR BILOCCA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 391 TAL-KOICI KRIMINALI - LOGHOB TA' L-AZZARD U TA' INTERESS - PROVA
Summary
Il-ligi tistabbilixxi prezunzjoni fis-sens li l-oggetti tal-loghob tal-azzard u tal-interess li tkun sabet il-Pulizija fil-perwizizzjoni li tkun ghamlet f'lokal suspett jitqiesu prova sufficjenti ta' zewg fatti; l-ewwel illi l-lokal kien qed jigi effittivament uzat ghal loghob tal-azzard u tal-interess; u t-tieni, illi l-persuni li nstabu prezenti fil-hin tal-prekwizizzjoni kienu qeghdin jilghabu loghob tal-azzard u tal-interess, non ostante li ebda loghob ma jkun sar fil-waqt li jkunu dahlu l-Pulizija. Din il-prezunzjoni hija "juris tantum", u ghalhekk valida "donec probetur contrarium"; imma, b'eccezzjoni ghall-principju generali dwar il-piz tal-prova, il-ligi rriversat l-oneri kuntrarja ghal din il-prezunzjoni fuq id-difiza. Jekk fuq imputazzjoni simili l-imputat ma jaghtix ix-xhieda tieghu biex juri li ma kienx ha parti fil-loghob, il-Qorti tista' minhabba dik il-prezunzjoni, anki tikkommenta, in vija ta' eccezzjoni, fuq il-fatt li l-imputat ma xehedtx ghad-diskariku.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment