eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: Volume 41D (1957), Part No. 2, Section 3, Page 892
Download
Judgement Details
Date
08/02/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
JOSEPH ZARB vs CARMELO AGIUS
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A
Keywords / Summary
Keywords
APPALT - APPROVAZZJONI TAL-OPERA - ART. 1440 U 1457 TAL-KODICI CIVILI - BEJGH - LOKAZZJONI D'OPERA - PRESKRIZZJONI - SUBAPPALT
Summary
Avvolja l-appaltatur ikun fornixxa anki l-materjal, il-kuntratt ta' appalt jibqa' dejjem kuntratt ta' lokazzjoni d'opera, u ma jsirx kuntratt ta' bejgh; u f'materja ta' preskrizzjoni, li hi materja ta' indoli eccezzjonali, id-dispozizzjonijiet tal-ligi ma ghandhomx jigu nterpretati estensivament, uma jistghux jigu estizi minn kaz ghall-iehor. Ghaldaqstant, jekk l-appaltatur, zmien wara li tkun tlestiet l-opra, jigi azzjonat ghax l-opra tirrizulta li kienet difettuza u l-appalt ikun gie ezegwithazin, l-appaltatur ma jistax jinvoka kontra dik l-azzjoni l-preskrizzjoni ta' sentejn stabbilita mill-ligi favur ix-xerrej li jkun irid jitlob id-danni billi jirrifjuta l-haga mixtrija, jew jaghzelli jirceviha bi prezz anqas fuq stima ta' perit, fil-kaz li l-haga li l-venditur igib biex jikkunsinnahielu ma tkunx tal-kwalita' imwegheda, jew ma tkunx bhall-kampjun li fuqu jkun sar il-bejgh. Il-hlas tal-prezz tal-appalt, li l-appaltant jaghmel lill-appaltatur, ma jfisserx necessarjament approvazzjoni tax-xoghol. Jekk dak il-hlas ikun sar taht cirkustanzi li fihom l-appaltant ma setghax jinduna bid-difett fix-xoghol, ma jistax jinghad li dak il-hlas jekwivali ghal approvazzjoni tax-xoghol.U jekk stess kien hemm dik l-approvazzjoni, l-appaltant jista' dejjem jesperixxi d-drittijiet tieghu kontra l-appaltatur jekk kien hemm frode da parti ta' dan meta saret dik l-approvazzjoni. Jekk l-opra, li kienet oggett tal-appalt, giet ezegwita minn persuna ohra bhala subappaltatur, l-appaltaturjibqa' responsabbli lejn l-appaltant ghall-ezekuzzjoni tal-appalt, anki apparti mill-fatt li l-materjal hazin ikun fornieh hu. L-appaltatur hu obligat jezegwixxi l-opra mifthema skond is-sengha; u meta hu jissomministra anki l-materjal, dan ghandu jirrispondi ghall-konsegwenzi kollha skond il-ligi.
Click here to search again.