Reference: Volume 41D (1957), Part No. 1, Section 3, Page 747

Judgement Details


Date
01/06/1957
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
MARIA CAMENZULI vs CALCEDONIO CIANTAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 384 TAL-KAP. 15 - DRITT TAL-INKWILINAT - LOKAZZJONI - ZGUMBRAMENT
Summary
L-eredi tal-inkwilin ghandhom id-dritt jirreklamaw ir-rilokazzjoni li ghaliha kien ikun intitolat l-inkwilin awtur taghhom, kieku baqa' haj; u dan id-dritt huma ntitolati jirreklamawh flimkien u indivizament. Imma, jekk huma jakkonsentu li l-kera jigi mdawwar fuq wiehed minnhom biss, huma jitilfu,di fronti ghall-lokatur, kull dritt li kellhom qabel "jure successionis" ghal dak l-inkwilinat; ghaxdan id-dritt jigi akkwistat "ex novo" minn dak il-werriet li fuqu gie mdawwar il-kera bil-kunsenstal-ohrajn; u dan id-dritt ma jigix kommunikat lilhom, apparti li l-ligi ma tirrikonoxxix inkwilini reali u inkwilini apparenti. Jekk mbghad dak l-inkwilin il-gdid bil-fatt tieghu jitlef l-inkwiinat, l-ohrajn ma jistghux jinvokaw id-dritt li kellhom ghal dak l-inkwilinat qabel ma kkonsentew li l-istess jigi mdawwar fuq dak li tilfu:salva l-azzjoni taghhom ghad-danni kontra tieghu li jkun ikkagunathom bit-telfa ta' dak l-inkwilinat, jekk ikun il-kaz. U ghaldaqstant meta l-lokatur jottjeni l-hrug ta' mandat ta' zgumbrament kontra dak l-inkwilin li tilef l-inkwilinat, il-werrieta l-ohrajn maghandhomx dritt jitolbu r-revoka ta' dan il-mandat. Mandat ta' zgumbrament ghandu jitqies bhala ezegwit mill-mument li l-marixxal jinnotifika bih il-persuna li kontra taghha dak il-mandat gie ottenut.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment