Referenza: Volum 41D (1957), Parti Nru. 1, Taqsima 3, Paġna 779

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/10/1957
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
GRAZIA PULIS vs ANTONIO CUTAJAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 1218 U 1202 (3) TAL-KODICI CIVILI - DAR TAL-KREDITUR - DEPOZITU - KERA - OFFERTA VALIDA - PAGAMENT - VILLEGGJATURA
Fil-Qosor
Fost il-kondizzjonijiet ghall-validita` ta` offerta, hemm dik lil-offerta tkun saret fil=lok li skond il-ftehim, jew, jekk ma jkunx hemm ftehim skond il-ligi, il-hlas ghandu jsir. U meta l-haga li ghandha tingahta bihlas hija somma ta` flus jew haga ohra li tista`, minghajr spizata` xejn, tingieb jew tinbghat, us ew id-debitur kemm i-kreditu joqghodu fi Gzir wahda, il-hlas ghandu jsir fid-dar tal-kreditu. Gahldaqstant, offerta verbali maghmula lill-kreditu mhux fid-dar teighu, mhix offerta valida' u d-depozitu tal-ammont hekk offert u rifjutat mhux maghmul validament. Billi l-kreditu, metagit lilu maghmula l-offerta mhux fid-domicilju tighu, wiegeb biss lid-debitur li ried jikkonsulta ruhu mal-avukat teighu, bla ma semma xejn li l-offerta kienet qeghedha ssirlu fil-post li ma kienx il-post fejn skond il-ligi kella ssirlu, b'daqshekk il-kreditu ma jigix li rrinunzja tacitament ghall-beneficcju tal-pst tal-offerta, u li kwindi rrestringa l-kwistjoni ghall-kwsitjoni tar-rifjut. Apparti lir-rinunzji huma "di stretto diritto", meta l-kreditu irrizerva l-parir tal-avukat tieghu, hwa kien, jew wiehed jista` jifhem li hu kien qieghed jinkludi anli parir dwar il-validita` tal-offerta ukoll kwantu ghall-lok il fih ghandha ssir. dotttrina li meta hemm aktar minn rata wahda ta` kera skaduti, il-kreditur ma jistghax jigi kostrett jircievi r-rata posterjuri qabel l-anterjuri,b'mod li,jekk ir-rata posterjuri giett depozitata qabel ma thallset l-anterjuri dak id-depozitu mhux validu,ghax ir-rifjut tar-rata posterjuri da parti tal-kreditur huwa gustifikat. It-tezi li, ladarba d-debitur ikun iltaqa` personalment mal-kreditur, jista` "hic et nunc" jaghmillu validament l-offerta tal-kera mhix accettabbli. Diversmanet, id-dispozizzjoni tal-ligi dwar il-lok fejn ghandha ssir l-offerta hija newtralizzata. U tant dinid-dispozizzjoni tal-ligi ma ghandhiex tigi sfurzata, li gie decizli bil-kliem "dar tal-kreditur" lanqas ghandha tigi kompriza d-dar teighu tal-villeggjatura.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni