eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: Volume 40A (1956), Part No. 1, Section , Page 287
Download
Judgement Details
Date
29/10/1956
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM, MONTANARO GAUCI A.J., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
AVUKAT DR. PAOLO BORG GRECH vs AVUKAT DR. GIUSEPPE ATTARD MONTALTO
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A
Keywords / Summary
Keywords
ART. 1959 (2) TAL-KODICI CIVILI - AVUKAT - MANDAT - MINUTA TA' DIVIZJONI
Summary
Il-ligi stess tghid illi l-mandat jista' jkun ukoll tacitu. Izda l-ligi ma tiddefinixxixil-mandat tacitu; u ghalhekk wiehed ikollu jirrikorri ghad-dottrina. U skond id-dottrina, hemm dan il-mandat tacitu meta persuna tinkarika ruhha minn affari li tirrigwarda persuna ohra, u c-cirkustanzi jkunu juru li dik il-persuna l-ohra kkonferiet tacitament dan il-mandat. Ghax meta l-persuna nteressata tafli xi hadd inkarika ruhu minn affari li jirrigwarda u ma topponix ruhha, u tittolleraha bis-skiet, dak is-skiet jikkostitwixxi l-bazi ta' mandat guridikament obligatorju. Ghaldaqstant, jekk avukat jassumi l-preparazzjoni tal-minuta ta' divizjoni, u wiehed mill-kondividenti ma jkunx tah l-inkarigu espress biex ilesti dik il-minuta, imma filwaqt li kien jaf li dak l-avukat kien qieghed jaghmel dikil-minuta ma pprotestax ruhu, anzi kien jaghtih l-informazzjoijiet mehtiega biex ilestiha, u anki ssolecitat biex ilestiha, u fl-ahharnett jaddivjeni ghall-kuntratt tad-divizjoni fuq il-bazi tal-minuta hekk preparata, u dan kollu minghajr qatt ma ddikjara li hu ma kienx bi hsiebu jhallas xejn mill-onorarju dovut ghall-preparazzjoni ta' dik il-minuta, dan l-atteggjament ta' dak il-kondivident ipoggieh fil-pozizzjoni ta' mandant tacitu ; u konsegwentement ma jistax jallega illi huwa mhux tenut ihallas sehmu minn dak l-onorarju.
Click here to search again.