Reference: Volume 45B (1961), Part No. 1, Section 1, Page 174

Judgement Details


Date
28/04/1961
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Parties
FILIPPO DEBONO vs SALVATORE VELLA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
AMMINISTRAZZJONI - ART. 1362, 1375 U 1303 TAL-KODICI CIVILI - KOMUNJONI TA' L-AKKWISTI - SEPARAZZJONI PERSONALI - SOSPENSJONI TAL-KAWZI
Summary
Il-fatt li bejn il-mizzewgin ikun hemm pendenti kawza ta` separazzjoni personali, anki b'talba ghax-xoljiment tal-komunjoni tal-akkwisti, ma jissospendix l-effetti guridici tal-komunjoni tal-akkwisti,sakemm ma jkunx hemm sentenza definittiva li tordna x-xoljiment ta` dik il-komunjoni. Konsegwentement, ir-ragel, bhala kap tal-komunjoni tal-akkwisti, jibqa` ntitolat jamministra l-gid al-komunjoni,u quddiem it-terzi jista` jaghmel minnu daqs li kieku kien tieghu; tant li l-ligi tirrendi null kull ftehim, dirett jew indirett, li jkun kuntrarju gha l dan id-dritt. U bis-sahha ta` dan id-dritt ir-ragel ghandu wkll l-ammistrazzjoni tal-beni parafernali ta` martu, kif ukoll tal-beni dotali taghha. Per konsegwenza, il-mara li fl-assenza ta` zewgha, u minghajr il-kunsens teighu, iddahhal xi nies, joqghodu f'xi fond li hekk jaqa` taht l-ammistrazzjoni ta` zewgha, taghmel att li mhux validu; ur-ragel ghandu d-dritt jitlob li dawk in-nies jigu zgumbrati minn dak il-fond, anki jekk tkun ghadhapendenti l-kawza tas-separazzjoni personali bejnu u bejn martu, u sakemm ma jkunx hemm xi sentenzali bhala effett taghha huwa jitlef dan id-dritt. Il-ligi tikkontempla u taghti lill-mara d-dritt lithalli d-dar konjugali fil-pendenza tal-kawza tas-separazzjoni; izda ma taghtiha ebda dritt li teskludi lir-ragel minn daru jew mid-dar li fuqha huwa ghandu dritt bhala kap tal-komunjoni. Il-mara, uanki dawk in-nies li hija tkun dahhlet fid-dar bil-mod fuq imsemmi, ma ghandhomx dritt jippretenduilli l-kawza li r-ragel jaghmel biex jizgombrahom tigi sospiza sakemm tinqala` l-kawza tas-eparazzjoni personali. Diversament id-dritt u l-azzjoni ezercitat mir-ragel jigu frustrati, b'aggravju ghalieh, billi jigi mcahhad minn dritt li l-ligi taghtieh bhala kap tal-komunjoni, sakemm din tibqa` ssehh, fuq il-gid sew tal-komunjoni kemm dotali u parafernali. Is-sospensjoni tigi tammonta ghal denegata gustizzja.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment