Reference: Volume 43E (1959), Part No. 4, Section , Page 1092

Judgement Details


Date
27/06/1959
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
HARDING WILLIAM
Parties
IL-PULIZIJA vs GARMELA GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"CHILD" - ART.254 TAL-KODICI KRIMINALI - HABI TA' TWELID - TARBIJA
Summary
Il-ligi tikkontempla d-delitt ta' mara li tiled tarbija u tidfen bil-mohbi l-katavru taghha, jew taghmel minnha xort'ohra biex jfittex li tahbi t-twelid ta' dik it-tarbija. Taht il-kelma "tarbija" -"child" - ghandu jiftihem anki "feto", basta li jkun lahaq ha ghal kollox l-ghamla ta' bniedem, apparti dak li jigri lil dan il-"feto" wara li jkun inheba. U ma hemm ebda raguni biex wiehed jiddistingwi bejn katavru ta' tarbija li tkun twieldet hajja u katavru ta' tarbija li tkun twieldet mejta. Hu veru li l-habi tat-tarbija jrid ikun minn kulhadd in generali, u mhux minn xi individwu partikulari biss; u ma jridx ikun momentaneu; imma lanqas irid ikun finali u permanenti b'mod assolut. Kolloxjiddependi mic-cirkustanzi partikulari ta' kull kaz, biex minnhom issir l-indagni jekk l-imputata riedetx tahbi t-twelid tat-tarbija billi tiddisponi minnha segretament.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment