Reference: Volume 35A (1951), Part No. 1, Section 2, Page 272

Judgement Details


Date
30/04/1951
Court
OF APPEAL (COMMERCIAL)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., MONTANARO GAUCI A.J.
Parties
EMMANUELE MICALLEF NE. vs ALFRED TONNA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ART. 63, 64 U 65 TAL-KODICI TAL-KUMMERC - BEJGH - INSTITUR - SELF
Summary
Il-principal huwa responsabili ghall-ghemil ta' l-institur u ghall-obligazzjonijiet li dan jikkuntratta fil-limiti tal-kummerc jew tal-linja tal-kummerc li jkun gie mholli f'idejh. L-inkariku ta' l-institur ghandu jitqies bhala generali, jekk il-principal ma jkunx ipprezenta fil-Qorti tal-Kummerc nota li turi haga b'haga x'inhuma l-limiti kollha ghas-setghat moghtija minnu lill-institur, u ma jkunx ipprokura li dik in-nota tigi mwahhla fil-Borza tal-Kummerc u mahruga fil-Gazzetta tal-Gvern u f'gurnal iehor, jekk dak l-inkariku jista' jkun kummercjali. Sakemm il-principal ma jaghmelx dan, l-inkariku tieghu lill-institur quddiem it-terzi ghandu jkun kunsidrat bhala generali Ghalhekk il-principal, fin-nuqqas tal-formalita' fuq imsemmija, huwa responsabili ghall-prezz tal-merkanzija li l-institur ikun xtara bid-dejn ghan-negozju jew ghal linja tan-negozju tal-principal . Ghax fix-xiri bid-dejn u fid-dewmien ta' hlas ghal ftit zmien ma hemm xejn straordinarju ghall-institur. Anzi l-istess institur jista' validament jissellef flus bl-iskop espress li jservu ghan-negozju jew ghal linjatan-negozju tal-principal li minnu jkun inkarigat l-institur.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment