Referenza: Volum 35A (1951), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 83

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/04/1951
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MONTANARO GAUCI A.J., BORG GORG, CAMILLERI ALBERT V.
Partijiet
CARMELO CIANTAR vs ONOR. AVV. DR. GIUSEPPE M. CAMILLERI NE.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATTI "JURE GESTIONIS" - ATTI "JURE IMPERII" - GVERN - HOUSING COMMISSIONER - REKWIZIZZJONI
Fil-Qosor
Fil-gurisprudenza hija komuni d-distinzjoni ta' zewg personalitajiet fil-Gvern - dik politika, ghaldawk l-atti li jaghmel "jure imperii"; u l-ohra guridika, ghall-atti minnu kompjuti "jure imperii".Rigward l-ewwel personalita' l-Gvern huwa superjuri ghar-rapporti ta' indoli gurdika privata, u fl-ezercizzju tal-poteri politici huwa insindakabili mill-Qorti u ezenti minn kwalunkwe responsabilita' civili; mentri in kwantu ghat-tieni personalita' l-Gvern jitqies bhala persuna privata, u huwa sottopost ghall-gurisdizzjoni tal-Qrati. Il-Qrati ma jistghux jiddiskutu l-opportunita' jew il-gustizzja ta' provvediment amministrattiv mehud mill-Gvern sakemm dak il-provvediment ikun ittiehed mill-awtorita' kompetenti u fil-forma dovuta. Anzi, meta l-privat jaghmel kuntratt mal-Gvern fl-orbita ta'l-amministrazzjoni, ghalkemm il-Gvern ikun obligat jirrispetta dak il-kuntratt; b'daqshekk pero' il-poter publiku ma jigix privat milli jaghti ordnijiet li jkunu mposti mill-ordni publiku "jure imperii",avvolja minhabba dawk l-ordnijiet il-kuntratt isir inattuabili. Il-provvediment li bih il-Housing Commissioner jalloka dar rekwizizzjonata lil xi persuna huwa appuntu wiehed minn dawn l-atti "jure mperii", li jisfuggu ghall-kritika tal-Qrati; u kif il-Housing Commissioner jista' jaghti dak il-provvediment, hekk ukoll jista' jirrevokah insindakabilment billi jalloka lil persuna ohra dik id-dar: b'mod li jekk l-ewwel allokatorju ta' dik id-dar jagixxi kontra l-Gvern biex il-Qorti jiddikjarawil-validita ta' l-ewwel provvediment u l-invalidita tat-tieni provvediment revokatorju, il-Qrati majistghux jaghtu widen ghat-talba tieghu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment