Reference: Volume 33C (1947), Part No. 1, Section 2, Page 563

Judgement Details


Date
28/02/1947
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, GANADO E., CAMILLERI LUIGI A.
Parties
TONY WINE vs EMMANUELE PALMIER ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL - EZEKUZZJONI - LICENZA - LOKAZZJONI - PROROGA - SENTENZA - SOSPENSJONI - TERMINU - ZGUMBRAMENT
Summary
Meta sentenza tordna l-izgumbrament tal-konduttur ta' post u taghtih zmien biex johrog, dak iz-zmienjigi hekk moghti lilu biex huwa jlesti l-affarijiet tieghu halli johrog: u jekk il-Qorti taghtih proroga taz-zmien, anki dik il-proroga tfisser li hija moghtija bl-istess fehma. Hemm distinzjoni bejn l-ezekuzzjoni tas-sentenza ta' zgumbrament da parti tas-sid u l-obligu tieghu li jadempixxi, waras-sentenza, dak li huwa ghandu jaghmel skond il-kuntratt tal-lokazzjoni. Ghaldaqstant jekk il-lokatur li ottjena sentenza ta' zgumbrament, li tigi appellata mill-konduttur, minflok li jinsisti ghall-ezekuzzjoni taghha, jirrendi bla effett il-lokazzjoni fil-pendenza ta' l-appell jaghmel hekk a riskju tieghu; b'mod illi jekk is-sentenza fl-appell tigi konfermata, huwa ma jkun responsabili ta' ebdadanni, kif ghall-kuntrarju kien ikun kieku s-sentenza tigi revokata. Kaz fejn il-konduttur kien kundannat jizgombra minn hanut tax-xorb u restaurant. Huwa appella. Fil-pendenza ta' l-appell il-lokatur issospenda l-licenza tal-post b'mod illi l-konduttur ma setax ikompli jezercita n-negozju. Is-sentenza giet konfermata; imma l-konduttur fittex ghad-danni li sofra bis-sospensjoni tal-licenza mill-jum tas-sospensjoni sa meta huwa hareg mill-post. Gie ritenut fl-Appell li ma kienx hemm lok ghal dawk id-danni billi s-sentenza giet konfermata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment