Reference: Volume 41A (1957), Part No. 1, Section 1, Page 1

Judgement Details


Date
07/01/1957
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MONTANARO GAUCI A.J., CARUANA COLOMBO VICTOR J., FLORES JOSEPH
Parties
DOTTOR VINCENT TABONE ET NE. vs ONOR. DOMENICO MINTOFF, B.SC., A&CE, MA(OXON), NE. ET.
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"FILES" DIPARTIMENTALI - "MEDICAL BOARD" - "MEDICAL OFFICERS' UNION" - ART. 92A. TAL-KAP. 51. - AZZJONI - DOKUMENTI - INKJESTA GOVERNATTIVA - INTERESS - PROVI
Summary
Huwa ormaj principju maghruf illi, biex wiehed jistitwixxi azzjoni, hemm bzonn li jkollu nteress. Udan l-interess, biex ikun skond il-ligi, jehtieg li jkun, fost hwejjeg ohra, dirett u personali. Ghalhekk mhux bizzejjed li jkun hemm interess generiku, bhal ta' min jagixxi biex il-ligi tkun osservata. Ghalhekk ukoll mhux bizzejjed l-interess fi klassi professjonali jew assocjazzjoni ta' persuni, biex il-professjonista jew assocjat ikun jista' legalment jagixxi quddiem it-tribunali. Huwa maghruf ukoll illi l-interess ghandu jkun attwali, jigifieri li jkun jezisti fil-mument li tigi istitwita l-azzjoni; u jrid ikun legittimu u konkret, u mhux bizzejjed li jkun eventwali jew astratt. B'applikazzjoni ta' dawn il-principji, gie ritenut illi l-"Medical Officers' Union", bhala tali, ma ghandhiex interess legali li tipproponi azzjoni biex tigi dikjarata illegali inkjesta maghmula mill-Gverndwar il-kondotta ta' tabib li hu membru ta' dik l-"Union"; ghax ma jittrattax minn lezjoni u difizata' dritt spettanti lil dik l-"Union" "ut sic". U lanqas jista' jinghad li l-"Union" qeghedha tirrapprezenta lit-tabib involut fl-inkjesta, meta dak it-tabib huwa attur huwa wkoll fl-istess kawza, jew huwa prezenti f'dawn il-Gzejjer. Ghalhekk jonqos ukoll fl-"Union" l-attwalita' tal-interess. L-interess tal-"Union" f'azzjoni simili huwa biss teoriku; imma dan l-interess ma johloqx dak l-interess guridiku li jillegittima l-azzjoni, bhala li mhux bazat fuq dritt soggettiv li attwalment min jagixxi jkollu bzonn tat-tutela gudizzjarja tieghu. U xejn ma jiswa li l-kawza tista' tkun ta' vantagglill-klassi medika li l-"Union" tirrapprezenta u tiddefendi; ghax dan il-vantagg, wahdu, mhux bizzejjed biex jirradika l-interess skond il-ligi. Jekk ufficjal governattiv jigi msejjah biex jixhed f'kawza, hu jista' jixhed, u jista', jekk irid, ma jixhedx fuq informazzjonijiet li kellu minn dokumenti dipartimentali tal-Gvern; u jista' liberament jirrifjuta li jezibixxi dawk id-dokumenti. ghax il-ligi taghtieh dan id-dritt, u ma hemm ebda vjolazzjoni tal-ligi procedurali billi hu jsemmi l-filzidipartimentali minghajr ma jezibihom. X'tiswa u ma tiswiex dik id-depozizzjoni tieghu, mbghad, ghall-konvinciment tal-gudikant, hij kwistjoni ta' kredibbilita'; u xejn izjed. Kwantu ghall-azzjoni,in kwantu proposta mit-tabib involut fl-inkjesta ordnata mill-Gvern, hu veru li l-Ligi Sanitarja taghti lill-Board Mediku l-awtorita' li jistharreg in-nuqqasijiet allegati li saru minn membri tal-professjoni medika, u tfisser il-procedura li fuqha titmexxa l-istharriga, kif ukoll il-pieni dixxiplinari li dak il-Board jista' japplika, jekk ikun il-kaz; izda dan ma jfissirx illi l-Pulizija ma tistaxtaghmel investigazzjoni ghal xi skop legittimu iehor, jew li l-Gvern ma jistax per mezz ta' inkjesta jaccerta ruhu minn xi fatti ta' interess publiku ghall-amministrazzjoni, biex jirregola ruhu fuq kif ghandu jimxi rigward taghhom u rigward l-impjegati tieghu. Din il-fakolta' tal-Gvern ma gietx minsusa mill-emenda li saret fil-Ligi Sanitarja, hlief ghall-finijiet tat-tehid tal-mizuri fuq imsemmijin, li huma certament mizuri dixxiplinari tal-professjoni. L-ezkluziva kompetenza tal-Board tat-Tobba giet attribwita biss ghall-iskop imsemmi fil-Ligi Sanitarja, u xejn izjed, mentri l-Gvern jista'jkollu nteress jinvestiga l-fatti ghal skopijiet ohra legittimi; u l-Pulizija tista', anzi ghandhad-dmir, li tinvestiga sewwa l-fatti meta dawn jinteressaw ukoll il-Kodici Kriminali. Din l-investigazzjoni certament ma tiswiex ghall-finijiet tal-Ligi Sanitarja; izda b'daqshekk mhix illegali, ghaxebda ligi ma tivvjetaha, lanqas indirettament, specjalment meta tirrigwarda l-kondotta tal-impjegatipublici.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info