Reference: Volume 40C (1956), Part No. 2, Section 3, Page 726

Judgement Details


Date
02/02/1956
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
HELEN GALEA vs CARMELO GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
ALIMENTI - TRANSAZZJONI
Summary
Biex ikun hemm transazzjoni, iridu jirrikorru diversi rekwiziti, u cjoe' l-kapacita' tal-partijiet,il-kunsens taghhom, l-oggett u l-kawza. Trattandosi ta' alimenti kanonizzati b'sentenza, u ta' domanda sussegwenti li ssir ghall-awment taghhom minhabba kambjament ta' cirkustanzi u li mbghad tigi transatta, l-element tar-"res dubia" jirrikorri wkoll l-element tal-oggett, billi, biex saret it-transazzjoni, il-partijiet ikunu ghamlu koncessjonijiet lil xulxin. Il-kwistjoni jekk alimenti stabbiliti bis-sahha ta' transazzjoni jistghux jissubixxu varjazzjoni jekk ikun hemm kambjament ta' cirkustanzi, giet varjament rizoluta fid-dottrina u fil-gurisprudenza; imma t-transazzjoni hija kuntratt sinallagmatiku perfett, u tista' tithassar biss ghall-kawzi stabbiliti ghall-impunjazzjoni tal-kuntratti, eccettwat il-kaz ta' zball ta' ligi. U ghalhekk it-transazzjoni, sija pure dwar alimenti futuri,ghandha bhal kuntratti ohra sahha ta' ligi ghal dawk li jkunu stipulawha, u ma tistax tithassar hlief bil-kunsens taghhom, jew ghal ragunijiet maghrufa mill-ligi; u d-domanda biex jigu awmentati alimenti stabbiliti bi transazzjoni mhix attendibbli. U xejn ma jiswa li t-transazzjoni saret bejn persuni li skond il-ligi huma tenuti lejn xulxin ghall-alimenti; ghax b'dik it-transazzjoni dak l-obligusar kontrattwali, u ma jistax jithassar jew jitbidel hlief bil-volonta' tal-kontraenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment