Reference: Volume 40C (1956), Part No. 2, Section 3, Page 702

Judgement Details


Date
20/01/1956
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
SERAFINA GATT CECY vs EMMANUELE FORMOSA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KAPITOLI - PRESKRIZZJONI - PROVA - SUBIZZJONI
Summary
F'kaz fejn l-attur jiddeduci f'gudizzju kreditu minnu pretiz u l-konvenut jeccepixxi l-preskrizzjoni, jekk l-attur jikkonferma bix-xhieda tieghu dak il-kreditu, imma ma jippruvax meta dak il-kreditu nholoq, waqt li l-konvenut jipprezenta kapitolu kontra l-attur biex jipprova li t-terminu preskrizzjonali ta' dak il-kreditu ghadda, u l-attur ma jidherx ghal dik is-subizzjoni, il-kapitolu ghandu jigiritenut konfessat, bil-konsegwenza li l-kreditu mitlub jigi milqut bil-preskrizzjoni. Xejn ma jiswa li l-attur ikun ipprezenta kapitolu huwa wkoll (sija pure konfessat bil-kontumacja tal-konvenut) biex jipprova li l-konvenut hu debitur fis-somma mitluba kontra tieghu ghar-ragunijiet indikati fit-tahrika; ghax dina l-konfessjoni tista' tipprezumi u tipprova l-ezistenza tal-kreditu, izda xejn ma tipprova rigward iz-zmien meta dak il-kreditu nholoq. Il-Qorti mhix obbligata toqghod dejjem u inalterabbilment fuq konfessjoni prezunta; ghax is-subizzjoni hija mezz ta' prova u ghandha tigi ezaminata u valjata bhal u flimkien mal-provi l-ohra kollha tal-kawza. Viceversa, il-Qorti ghandha tuza dejjem id-diskrezzjoni taghha u tara x'inhija l-prova l-aktar kredibbli; u dan sal-punt li tista' sahansitra ix-xindi l-prova li gejja mis-subizzjoni. B'mod li, jekk il-kapitolu deferit lill-attur, ankiprezunt konfessat, mhux bizzejjed, fil-fehma tal-Qorti, biex jinnewtralizza l-provi tal-attur, il-kreditu ta' dan ghandu jigi ritenut pruvat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info