eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: Volume 76 (1992), Part No. 1, Section , Page 127
Download
Judgement Details
Date
04/11/1992
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
DOTTOR TONIO AZZOPARDI vs ONOREVOLI PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A
Keywords / Summary
Keywords
"FAIR HEARING" - AGENTI MHALLFIN - APPELL MINN AMMISSJONI - KONVENZJONI EWROPEJA TAD-DRITTIJIET U LIBERTAJIET FUNDAMENTALI - KOSTITUZZJONI - QORTI INDIPENDENTI U IMPARZJALI
Summary
Il-kelma "vakanza" fl-art 98(2) tal-Kostituzzjoni qieghda u tista' tirreferi biss ghal meta jkun hemm kariga ga' okkupata minn Imhallef li tisfa vakanti tkun xi tkun ir-raguni. Il-vakanza li jsemmi l-artikolu 98(2) tal-Kostituzzjoni trid tigi kkunsidrata b'riferenza ghan-numru ta' Mhallfin ga' ezistenti u ma tistax testendi fis-sinifikat taghha. Il-vakanza kontemplata mill-art 98(2) tista' timtela b'Agenti Mhallfin purche' dik tkun ta' wiehed mill-"complement" ezistenti. Mhux koncepibbli li jekk l-Ezekuttiv jiddeciedi li jikkreja jew johloq vakanza, ikun jista' jimla l-istess "vakanza" b'Agent Imhallef fil-kaz prezenti, ma kien hemm ebda vakanza bil-mod kif jistipuka l-art. 98(2) fuq imsemmi billi ebda wahda mill-karigi ta' l-Imhallfin ga ezistenti sfat vakanti. Dan igib mieghu l-konsegwenza illi n-nomina ta' Agenti Mhallfin tmur kontra l-istess artikolu 98(2). Biex ikun hemm "FairHearing" jinhtiegu erba' elementi: (a) Qorti (b) imwaqqfa skond il-ligi (c) indipendenti (d) imparzjali. Skond l-artikolu 41(1) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili, il-Qorti ta' l-Appell "hija maghmula mill-President u zewg Imhallfin ohra ..." Naturalment il-kliem "zewg Imhallfin ohra..." ghandhom jiftiehmu nominati skond il-ligi. Il-Qorti Kostituzzjonali waslet ghall-konkluzjoniilli n-nomina ta' l-Agenti Mhallfin ma kenitx konformi ma' l-art 98(2) tal-Kostituzzjoni ta' Malta ughalhekk kienet invalida. Minhabba f'hekk gie li l-Qorti ta' l-Appell ma kenitx komposta kif jistabbilixxi l-artikolu 41(1) tal-Kodici fuq imsemmi billi n-nomina taz-zewg Imhallfin kienet illegali ughalhekk invalida. Il-Qorti ta' l-Appell in kwistjoni fit-termini ta' l-artikolu 41(1) "de quo" ghalhekk ma tezistix billi fiha hemm biss il-President, ghalhekk f'dan il-kaz hemm nieqes l-ewwel element essenzjali tal-"fair hearing" u ghalhekk mhux sodisfatti r-rekwizi ta' l-art. 39(2) tal-Kostituzzjoni u l-art 6 tal-Konvenzjoni. Il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat illi n-nomina ta' Agenti Mhallfin tmur kontra l-art 39(2) tal-Kostituzzjoni u l-art. 6 tal-Konvenzjoni u l-art. 98(2) tal-Kostituzzjoni.
Click here to search again.