Referenza: Volum 45A (1961), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 68

Dettalji tas-Sentenza


Data
07/04/1961
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
FRANCIS FARRUGIA vs NAZZARENO GRECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - ART. 31 TAL-KAP. 109. - ART. 814(E) TAL-KAP. 15 - BORD TAL-KERA - LOKAZZJONI - PROCEDURA - RITRATTAZZJONI
Fil-Qosor
Sentenza tal-Bord tal-Kera li mhix appellabbli hija suggetta ghar-ritrattazzjoni, jekk jirrikorri xiwiehed mill-motivi kontemplati mill-ligi. Quddiem il-Bord tal-Kera, talba ghar-ritrattazzjoni ta'kawza minnu deciza ghandha ssir b'libell, meta t-talba hi bazata mhux fuq id-dispozizzjonijiet tal-Ligi tal-Kera, izda fuq dawk tal-Kodici Civili; l-appell, mbghad, mid-decizjoni tal-Bord dwar it-talba ghar-ritrattazzjoni ghandu jsir b'rikors, u mhux bil-procedura tan-nota u petizzjoni. L-inkwilinli jkun irid jaccetta t-talba tas-sid ghall-awment tal-kera jista' jaccetta dak l-awment meta ssir it-trattazzjoni tal-kawza; jekk hu ma jikkontestax dik it-talba, il-Bord ghandu, fil-gurnata tas-smiegh tal-kawza, jilqa' t-talba. ... Izda dan jghodd ghal meta t-talba tkun ghal awment determinat fir-rikors; u kwindi, jekk id-domanda tkun ghad-determinazzjoni tal-kera xieraq, il-Bord ghandu jordna l-ispezzjoni tal-fond mill-membri teknici, avvolja l-intimat ma jkunx ikkontesta t-talba, u jiddecidiskond ir-relazzjoni taghhom. B'mod illi, jekk is-sid fir-rikors juri li l-fond haqqu certu kera, imma mbghad jitlob l-awment li hu xieraq skond il-ligi, il-Bord ma jistghax, fil-kontumacja tal-inkwilin, jakkorda dak l-awment li s-sid espona li haqqu, imma ghandu jakkorda l-awment li jigi stabbilitmill-membri teknici wara li jkunu spezzjonaw il-fond. Diversament, is-sentenza tal-Bord tkun tivvjola d-dispozizzjonijiet tal-ligi, u l-kawza hija suggetta ghar-ritrattazzjoni.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni