Referenza: Volum 43A (1959), Parti Nru. 1, Taqsima 1, Paġna 66

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/01/1959
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
MAMO ANTHONY J., MONTANARO GAUCI A.J., HARDING WILLIAM
Partijiet
GEORGE PORTELLI vs NICOLA GALEA
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ART. 2253(A) U 2261(F) TAL-KODICI CIVILI - DISKREZZJONI TAL-QORTI - LIKWIDAZZJONI - PRESKRIZZJONI - SERVIGI
Fil-Qosor
Il-preskrizzjoni ta' tmientax il-xahar li tolqot l-azzjonijiet tal-hajjata, skrapan, mastrudaxxi, bennejja, argentieri, haddieda, arluggara, u ta' persuni ohra li jahdmu sengha jew arti mekkanika, ghall-prezz tal-opra jew tax-xoghol taghhom, jew tal-materjal li jfornu, ma hix applikabbli ghall-azzjoni li biha jintalbu l-likwidazzjoni u l-hlas ta' servigi. Ghax talba simili ma hix ghall-hlas tal-prezz konvenut ghal xi bicca xoghol determinata li min jitlob dan il-hlas ikun ikkuntratta li ghandujaghmel mal-persuna li ghandha taghmel dak il-hlas, izda ghall-kumpens likwiwdabbli, mill-Qorti, ghal servigi u prestazzjonijiet varji rezi f'okkazjonijiet divers: matul certu perijodu; u gie dejjem ritenut li l-preskrizzjoni applikabbli ghal din l-azzjoni hija dik ta' hames snin. Dwar ix-xorta tas-servigi rezi, dwar il-"quantum" dovut ghal dawn is-servigi, u dwar il-mizura li fiha dak il-kumpensghandu jitqies kompensat ma' dak li min ircieva s-servigi jkun ta lil min irrendihomlu, meta l-Ewwel Qorti, fic-cirkustanzi tal-kaz, kellha bil-fors tuza l-arbitriju taghha "boni viri", il-Qorti tal-Appell, skond prattika kostanti, ma tiddisturbax dik id-diskrezzjoni, jekk mhux meta tkun manifestament zbaljata, jew ghal ragunijiet gravi. Jekk ma tirrikorrix xi wahda minn dawn ir-ragunijiet, id-diskrezzjoni uzata mill-Ewwel Qorti tibqa' inalterata, jekk is-sentenza kontenenti dik id-diskrezzjoni tigi appellata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni