Referenza: Volum 46D (1962), Parti Nru. 4, Taqsima , Paġna 918

Dettalji tas-Sentenza


Data
24/11/1962
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
HARDING WILLIAM
Partijiet
IL-PULIZIJA vs EMANUEL PORTUGHES
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Kawża Llinkjata
N/A

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL - PIENA
Fil-Qosor
Ir-rivizjoni, da parti tal-Qorti tal-Appell, tal-piena irrogata mill-Magistrat fil-Qorti tal-Ewwel Istanza ma ghandiex tigi affrontata bil-kriterju personali u soggettiv, u mhux necessarjament identiku, ta' gudikant wiehed u iehor fil-latitudini tal-minimum u tal-maximum tal-piena kontenut fil-ligi,imma ghandha tigi aktar ragjonevolment ispirata mill-indagini obbjettiva, dik, cjoe', li l-gudikantfl-appell ghandu jara jekk il-pina nflitta mill-Ewwel Qorti (apparti x'kienet tkun dik li kien jaghti hu stess kieku kien qieghed fl-ewwel istanza) hijiex, fil-kwadru tal-kaz , manifestament eccessiva, jew gravuza, jew sproporzjonata. Hemm, s'intendi, kazijiet ohra li fihom il-piena tista' tigi varjata; imma dawn qeghdin fuq pjan iehor, cjoe' meta l-pina moghtija mill-Ewwel Qorti tkun difformi minn dik stabbilita mill-ligi, jew meta l-Qorti tal-Appell tkun sabet, bhala fatt, xi cirkustanza litopera in diminuzzjoni tal-pena b'effett tal-ligi stess bhal meta tkun irriteniet li kien hemm il-provokazzjoni eskluza mill-Ewwel Qorti; imma barra dawn il-kazijiet, u meta c-cirkustanzi ta' fatt ikunu l-istess kif kienu quddiem il-Qorti tal-Ewwel Grad, allura l-kriterju li ghandu jiggoverna din ir-revizjoni ma jistghax ikun hlief dak hawn fuq traccjat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni