Reference: Volume 77 (1993), Part No. 2, Section 1, Page 258

Judgement Details


Date
16/03/1993
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A., DEPASQUALE ANTON
Parties
EMANUEL GATT ET vs FRANCIS GRIMA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
APPELL "AB OMISSA DECISIONE" - ECCEZZJONI ULTERJURI TA' PRESKRIZZJONI - NUQQAS TA' DECIZJONI DWARHA
Summary
Minn ezami ta' l-eccezzjoni ulterjuri ta' preskrizzjoni jidher car li din kellha tigi deciza qabel l-eccezzjonijiet l-ohra tal-konvenuti u dan billi jekk din tigi milqugha, il-Qorti ma kienx ikollha ghalfejn tidhol biex tezamina l-eccezzjonijiet l-ohra li jirrigwardaw il-mertu. Fil-fatt l-ewwel Qorti fis-sentenza taghha injorat din l-eccezzjoni kompletament daqs li kieku qatt ma nghatat. B'hekkgie li issa hemm sentenza deciziva fuq il-mertu waqt li l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni baqghet fl-arja. Fir-risposta taghhom ghall-appell tal-konvenuti l-atturi qeghdin jissottomettu li dan semmai jikkostitwixxi "ab omissa decisione" u minn dan ma hemmx appell u minhabba dak li hemm provvist fl-artikolu 235 tal-Kap. 12. Minn ezami ta' dan l-artikolu jidher car li l-istess mhux qieghed intiz biexjinkludi l-kwistjoni prezenti. F'dan il-kaz it-talbiet kollha ta' l-atturi gew ikkunsidrati u decizi u fil-fatt milqugha mill-ewwel Qorti. L-artikolu fuq imsemmi jidher li qieghed jirreferi ghall-kaz fejn xi wahda mit-talbiet fic-citazzjoni ma tkunx fil-fatt giet deciza mill-ewwel Qorti. L-agirta' l-ewwel Qorti jammonta ghal nuqqas da parti taghha li tikkunsidra d-difiza tal-konvenuti, difizali kieku giet milqugha kienet iggib maghha bhala konsegwenza cahda tat-talbiet attrici. Dan l-agirta' l-ewwel Qorti jmur kontra l-principju tal-ligi naturali "audi alteram partem" u ghalhekk jimporta nullita' tas-sentenza appellata.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment