eCourts
Civil Cases
Judgements
Insolvencies
Judicial Sales
Hall Usage
Services
Get Mobile Notifications
Pay Court Fines
Pay Court Registry Fees
Help
Chat
Malti
English
Log In
Home
Search Judgements
Details
Reference: Volume 33B (1947), Part No. 1, Section 1, Page 183
Download
Judgement Details
Date
30/06/1947
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
BORG GORG, CAMILLERI LUIGI A., GANADO E.
Parties
PIETRO PAOLO PSAILA ET. vs SALVATORE CIANTAR
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A
Keywords / Summary
Keywords
APPELL INCIDENTALI - NULLITA' - PROMESSA TA` BEJGH - VIZZJU TAL-KUNSENS - ZBALL TA' FATT
Summary
Ghalkemm l-appellat jappella incidentalment minghajr ma juza l-formola tradizzjonali fis-sens li huwa jiddikjara li jrid jipprevalixxi ruhu mill-appell principali, l-appell tieghu incidentali mhux null jekk huwa juza kliem esplicitu li jfisser li huwa jrid jappella incidentalment. Jekk imbaghad l-appell incidentali jsir " in vija subordinata u fil-kaz li l-appell principali jigi kawelat", u fil-fatt l-appell principali jigi kawtelat, l-appel incidentali maghmul subordinatament isehh ukoll. Il-fatt li dak l-appell incidentali maghmul "subordinatament" jista' biss jaghti lok ghal xi dubju fil-kaz li l-appell principali ma jigix kawtelat u intant l-appellat jinsisti fuq l-appell incidentali.Att ta' promessa ta' bejgh ta' stabili jiswa avvolja l-vendituri jkunu izjed minn wiehed imma jidher wiehed biss, meta l-ohrajn kienu konsenzjenti ghal dak li ghamel dak li deher; u sakemm huma lestibiex jezegwixxu l-bejgh, ma hemmx lok ghall-kwistjoni jekk il-konvenju jiswiex jew le. Min jobligaruhu biex jixtri fond ghax kien taht zball fuq is-sostanza jew il-kwalita' sostanzjali tal-fond, mhux obligat jersaq ghall-kuntratt definitiv biex jadempixxi l-obligazzjoni, kemm il-darba dak l-izball, barra milli kien sostanzjali, kien ukoll skuzabbli. Dan il-principju gie applikat fil-kaz favuril-konvenut li kien obbliga ruhu li jixtri dar biex imur joqghod fiha malajr, malli johrog minnha l-inkwilin li kien hemm fiha, u mbaghad sab li dak ma setax isir ghax kien hemm kuntratt ta' lokazzjoni ghal erbgha snin li kienu ghadhom kif bdew.
Click here to search again.