Reference: Volume 78 (1994), Part No. 5, Section 2, Page 253

Judgement Details


Date
06/06/1994
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT
Parties
IL-PULIZIJA (SPT. JOSEPH VALLETTA U SPT. GAETANO WALKER) vs AMADEO BRINCAT U MARTIN DIMECH
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
"CAUTION" - APPELL - APPREZZAMENT TAL-PROVI MILL-QORTI TA' L-APPELL KRIMINALI - ARTIKOLU 287 TAL-KODICI KRIMINALI - DRITT LI MA JWIEGEB GHAL EBDA DOMANDA - PUSSESS TA' OGGETT - RECIDIVA F'KAZ TA' HTIJA TAHT L-ARTIKOLU 287 - STQARRIJIET
Summary
Hu principju stabbilit fil-gurisprudenza li l-Qorti ta' l-Appell Kriminali ma tiddisturbax l-apprezzament dwar il-provi maghmula mill-ewwel Qorti jekk tasal ghall-konkluzjoni li dik il-Qorti setghet ragjonevolment u legalment tasal ghall-konkluzjoni li waslet ghaliha. L-artikolu 287 tal-Kodici Kriminali jikkontempla zewg ipotesijiet differenti. Fl-ewwel ipotesi kwalsiasi forma ta' pussess hi sufficjenti, mentri fil-kaz tat-tieni ipotesi hu rikjest il-pussess materjali. Differenza ohra bejn iz-zewg ipotesijiet tirrigwarda dak li tieghu l-imputat ma jkunx ta kont sodisfacenti. Fl-ewwel ipotesi hu ma jkunx ta kont sodisfacenti ta' kif ikunu gew legittimament ghandu dawk l-oggetti, mentri fit-tieni ipotesi hu ma jkunx ta kont sodisfacenti ghal liema skop legittimu dawk l-oggetti jkunu jinsabu ghandu f'dak iz-zmien. Oggett li jkun jappartjeni lil persuna wahda jista' jkun materjalment fil-pussess ta' aktar minn persuna wahda u dan indipendentement minn jekk dak l-oggett ikunx jirrikjedi zewg pari idejn biex jingarr. Galadarba persuna tkun giet imwissija li mhix obbligata li twiegebghal ebda domanda, ebda inferenza ta' htija ma tista' tingibed mill-fatt li tkun ghazlet li ma twiegeb ghal ebda domanda. L-istess fatt li hu element kostituttiv tar-reat ikkontemplat fl-artikolu 287ma jistax jintuza ghall-finijiet tar-recidiva.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info