Reference: Volume 72 (1988), Part No. 1, Section , Page 82

Judgement Details


Date
17/10/1988
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
HARDING HUGH, HERRERA JOSEPH A., AGIUS CARMEL A.
Parties
ANTONIO PACE vs MINISTRU TAD-DJAR U ARTIJIET ET
ECLI
N/A
Judgement Type
-
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ORDNI TA` - PROPRJETA' - PROTEZZJONI TA' TRATTAMENT INUMAN JEW DEGRADANTI - PROTEZZJONI TAL-RAGONEVOLMENT GUSTIFIKABBILI F'SOCJETA' DEMOKRATIKA - REKWISIZZJONI - REKWIZITI TA' INTIMITA' TAD-DAR - SEGRETARJU TAD-DJAR
Summary
Ir-rikorrent kellu proprjeta' li giet mehuda mill-pussess tieghu mis-Segretarju tad-Djar in forza ta' Ordni ta' Rekwisizzjoni. Ir-rikorrent allega li dan l-ordni kien ingust u infondat ghax il-proprjeta' in kwistjoni kienet mhux biss l-unika abitazzjoni tieghu imma anke mezz ta' ghajxien. Ghalhekkhuwa allega li gew ivvjolati fil-konfront tieghu l-artikolu 36, 38 u 32 tal-Kostituzzjoni u talab rimedju. Il-Prim' Awla tal-Qorti Civili cahdet it-talba tar-rikorrent; il-Qorti Kostituzzjoni laqghet l-appell, irrevokat l-ewwel sentenza, iddikjarat it-talba tar-rikorrent legalment sostenibbli u baghatet lura l-process lill-Prim' Awla ghall-kontinwazzjoni skond il-ligi. L-artikolu 36(1) tal-Kostituzzjoni li jipprojbixxi piena jew trattament inuman jew degradanti m'ghandux konnotazzjoni punittiva biss. Il-kliem "piena" u "trattament" ghandhom konnotazzjonijiet differenti. Biex ikun hemm trattament inuman jehtieg li jkun hemm: 1. 'severe suffering', 2. 'minimum level of suffering' li jiddependi mic-cirkostanzi ta' kull kaz, u 3. it-tbatija tkun sew mentali jew fizika. It-tkeccija ta' familja mill-unika dar taghha, liema dar di piu' tikkostitwixxi font ta' ghajxien ghaliha, bil-fors jammont ghal trattament inuman. Dwar protezzjoni ta' l-intimita' tad-dar tar-rikorrent gie sottomess mill-intimat li rekwisizzjoni mahruga in forza ta' l-Att II ta' l-1949 ma setghetx tikser il-Kostituzzjoni ghax kienet taqa' taht wahda mill-eccezzjonijiet ikkontemplati fl-artikolu 38, u cjoe' ligiet maghmula fl-interess pubbliku in forza tal-ligi. Il-Qorti pero' osservat li biex ma jkunx hemm ksur tal-Kostituzzjoni jehtieg li l-ordni mhux biss ikun sar fl-interess pubbliku in forza tal-ligi, imma anke li tali agir ikun gustifikabbli ragonevolment f'socjeta' demokratika. L-agir in kwistjoni, jekk l-allegazzjonijiet kontenuti fir-rikors jigu ppruvati, ma kienx wiehed gustifikabbli f'socjeta' demokratika.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info