Referenza: 766/1994/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
17/06/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
FARDELL JOSETTE vs GALEA RAYMOND
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ZWIEG, NULLITA` MINHABBA ANOMALIJA PSIKOLOGIKA SERJA LI TAGHMILHA IMPOSSIBBLI GHALL-PARTI AFFETTA LI TAQDI L-OBBLIGAZZJONIJIET ESSENZJALI TAZ-ZWIEG
Fil-Qosor
It-tieni parti tal-paragrafu (d) tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 19 tal-Kap. 255, tipprovdi ghal kawza ta' nullita` taz-zwieg li tikkonsisti f'vizzju tal-kunsens minhabba ".anomalija psikologika serja li taghmilha impossibbli ghal dik il-parti li taqdi l-obbligazzjonijiet essenzjali taz-zwieg."

Inerenti fl-obbligazzjonijiet essenzjali taz-zwieg hemm l-obbligu tal-partijiet li jaghtu lilhominfushom lil xulxin fit-totalita` taghhom sabiex tigi stabbilita bejniethom "the community of lifeand love" , f'liema komunjoni s-sesswalita` ghadha rwol importanti. Jekk parti fiz-zwieg, minhabba xi anomalija psikologika serja, ma tkunx tista' taghti (mhux semplicement "ma taghtix") lilha nnifisha fit-totalita` taghha lill-parti l-ohra b'mod permanenti, kontinwu u esklussiv, allura, jekk tali anomalija tkun tissussisti fil-mument tal-ghoti tal-kunsens matrimonjali, ikun hemm id-difett tal-kunsens ravvizat fit-tieni parti tal-paragrafu (d) tal-Artikolu 19(1) tal-Kap. 255.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni