Referenza: 1989/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/05/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
REGINA AUTO DEALER LIMITED vs MILLER DISTRIBUTORS LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
HIRE PURCHASE, DEFINIZZJONI TA` - PACTUM RESERVATI DOMINII, DEFINIZZJONI TA` - VETTURA, IR-REGOLAMENT 25 TAL-MOTOR VEHICLES REGULATIONS MA JIDDETERMINAX IL-PROPRJETA` TA` - VETTURA, PROPRJETA` TA`
Fil-Qosor
Ir-regolament 25 tal-Motor Vehicles Regulations ma jiddeterminax il-proprjeta` tal-vettura stante lidan jigi determinat mill-ftehim li jkun intlahaq bejn il-kontraenti.

L-iskop tar-regolamenthu allura biex jassigura li f'kull mument ikun hemm persuna ben identifikata li tkun responsabbli ghall-vettura registrata mal-Kummissarju tal-Pulizija biex tirrispondi skond il-ligi ghal dak li seta'jigri bl-uzu ta' l-istess vettura. Ir-registrazzjoni u l-licenzja tal-vettura jistghu jkunu elementi ta' prova biex jigi determinat min kien il-proprjetarju taghha pero` dak li hu verament determinanti huwa l-ftehim kontrattwali bejn il-kontraenti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw tali ftehim. Fil-kaz taht ezami ma hux kontestat li l-ftehim kien wiehed ta' 'hire purchase' u huma r-regoli gjuridici applikabbli ghal dan il-kuntratt li kellhom jirregolaw ir-relazzjonijiet bejn il-partijiet.

In natura intrinsika ta' hire purchase agreement jew inkella kif komunimament imsejjah f'terminilegali pactum riservati dominii hija li fih zewg stadji ben distinti. Is-sid ta' l-oggett jittrasferixxi lill-kerrej l-uzu u l-pussess ta' l-oggett ghall-kirja specifika, b'dan li l-proprjeta` ta' l-oggett ma tghaddix ghand ix-xerrej sakemm il-prezz ma jkunx imhallas kollu. Il-venditur jibqa' legalment konsidrat li hu s-sid ta' l-oggett u l-proprjeta` tieghu ma tghaddix lill-venditur sakemm il-prezz tieghu ma jkunx gie saldat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni