Reference: 530/2012

Judgement Details


Date
15/04/2015
Court
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID
Parties
IL-PULIZIJA vs BORG JOSEF
ECLI
ECLI:MT:AKI:2015:94068
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RECIDIVA
Summary
Dan kien kaz dwar recidiva. Kwantu ghal dak li jirrigwarda sentenza sospiza ta' prigunerija, jekk il-perijodu operattiv tas-sentenza sospiza jkun ghadu ma skadiex, il-persuna li tikkommetti delitt iehor matul il-perijodu operattiv tista' titqies bhala recidiva skond l-artikolu 49 tal-Kap. 9 izda mhux ukoll skond l-artikolu 50 tal-Kap. 9. L-artikolu 28A(5A) tal-Kap. 9 jipprovdi: “Minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet tal-artikolu 28F, il-piena moghtija f'sentenza sospiza meta dik is-sentenza ma tkunx dahlet fis-sehh ghandha, ghall-finijiet tal-artikolu 50, titqies li tkun giet skontata mal-iskadenza tal-perjodu operattiv originali msemmi fis-subartikolu (1) jew tal-perjodu operattiv maghmul minfloku kif provdut fl-artikolu 28B(2)(b)” L-artikolu 28F tal-Kap. 9 jipprovdi: “Meta l-qortitkun qeghda tittratta ma' hati dwar reat, li ghalih hemm piena ta' prigunerija, li jkun sar fil-perijodu operattiv ta' sentenza sospiza, hija ghandha tqisu bhala recidiv fit-tifsir ta' l-artikolu 49sabiex tqis il-piena li jkun jisthoqq ghal dak ir-reat l-iehor, izda l-piena moghtija fis-sentenza sospiza ma ghandhiex titqies ghall-finijiet ta' l-artikolu 50 hlief jekk dik is-sentenza tkun bidet issehh u sakemm dik il-piena ma tkunx giet skontata jew mahfura.” L-artikolu 49 tal-Kap. 9 jipprovdi:“Persuna titqies recidiva jekk, wara li tkun giet ikkundannata ghal reat b'sentenza li tkun saret definittiva, taghmel reat iehor.” L-artikolu 50 tal-Kap. 9 jipprovdi: “Meta persuna ikkundannata ghaldelitt, taghmel delitt iehor fi zmien ghaxar snin minn dak in-nhar li tkun skontat jew tkun giet mahfura l-piena, jekk iz-zmien ta' dik il-piena kien izjed minn hames snin, jew fi zmien hames snin, fil-kazijiet l-ohra kollha, tista' tehel piena akbar bi grad wiehed mill-piena stabbilita ghal dak id-delitt iehor. F'dan il-kaz, is-sentenza sospiza kienet dik tat-28 ta' Ottubru 2009 li, meta sehh l-incident ta' l-14 ta' April 2012, kienet ghadha ma skadietx. Ghalhekk f'dak ir-rigward ma kienx applikabbli l-artikolu 50.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info