Referenza: 945/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/05/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
GALEA AVUKAT DR. LOUIS vs ONOR. PRIM MINISTRU
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, BILANC BEJN LIBERTA` TA` ESPRESSJONI U DRITTIJIET TAL-PRIVAT - LIBELL, FAIR COMMENT - LIBELL, INNUENDO - LIBELL, KIF IRID ISIR L-EZAMI TAL-ARTIKOLU INKRIMINAT - LIBELL, KORRETTEZZA TAL-FATTI - LIBELL, LIBELL FAMUZ - LIBELL, LIBERTA` TA` ESPRESSJONI - LIBELL, MALAFAMA - LIBELL, STATEMENT OF FACT - LIBELL, VALUE JUDGEMENT
Fil-Qosor
Fost il-principji illum stabbiliti jinghad illi l-iktar wiehed mill-importanti huwa il-bilanc li jrid jinzamm bejn "il-bzonn li is-socjeta` demokratika jithalla spazju sufficjenti ghall-liberta` li wiehed jikkritika u li jsemmi l-opinjoni u l-gudizzju tieghu, mal-bzonn l-iehor, xejn anqas mehtieg, tad-difiza tar-reputazzjoni, l-unur, l-isem tajjeb, li kull persuna f'socjeta` demokratika ghandu kull dritt li jgawdi.

Huwa ghalhekk car li daqs kemm hija mehtiega l-liberta` tal-espressjoni, hekk ukoll hija essenzjali u huwa ukoll dritt inaljenabbli, li wiehed jipprotegi l-fama tieghu, bil-mezzi legali kollha disponibbli.

Kulhadd huwa liberu sabiex jaghti l-opinjoni tieghu u anke jaghti gudizzju tieghu, pero` tali espressjoni ma ghandha qatt twassal sabiex jigu attribwiti atti lilxi persuna, b'mod li jattakkaw ir-reputazzjoni tal-istess u l-fama tieghu, meta tali atti lanqas ikunu veri.

F'materja ta' ngurja bl-istampa ghandha issir distinzjoni bejn "allegation of fact"u dak li huwa "comment". Biex tirnexxi d-difiza tal-verita` tal-konvicju, il-fatt ghandu jigi ppruvat. Il-'comment' biex ikun gustifikat irid ikun "fair and bona fide", u ma jistax ikun "fair u bonafide" jekk il-fatt attribwit lill-kwerelant ma jkunx veru.

Ghalhekk ma tistax tirnexxi l-eccezzjoni tal-'fair comment', "jekk ma jigux ippruvati sodisfacentament, il-fatti addebitati lill-kwerelant, u ma tistax tirnexxi id-difiza tal-'justification' u jekk il-fatti ma jkunux veri, lanqas jista' jkun hemm 'fair comment'.

Sabiex isir dan l-ezami wiehed irid jiehu l-kliem fis-sens normali w ordinarju taghhom, u dan ifisser "in the meaning which reasonable or ordinary men of ordinary intelligence, with the ordinary man's general knowledge and experience of world affairs, would be likely to understand them", dan jista' jinkludi "any implication or inference which a reasonable readerguided not by any special but only general knowledge and not fettered by any strict legal rules ofconstruction would draw from the word".

Ricentement inghad ukoll li anke jekk l-allegazzjonima tkunx giet espressament miktuba, izda mill-assjem tal-artikolu johrog car x'ikun qed jigi manifestament implikat, hemm kawza ta' libell, jekk tali allegazzjonijiet ma jigux ippruvati.

Dan jista' jsir ukoll pero` permezz ta' "innuendo". "Il-kelma 'innuendo' tfisser is-sens li l-persuna ingurjata tirrevoka mill-kitba nkriminata u li hija trid li tigi milqugh mill-gudikant".

L-'innuendo' jista' jkun ta' zewg xorta jigifieri:

(a) dak li permezz tieghu tigi identifikata l-persuna li ma tkunx issemmiet b'isimha, u

(b) dak li permezz tieghu jigi stabbilit is-sens tal-kliem ritenut ingurjuz mill-persuna li tippretendi li giet ingurjata".

Sabiex wiehed jasal biex jaghmel dan l-ezami jekk artikolu huwiex libelluz jew le wiehed "ghandu jhares mhux biss il-brandenunzjat, imma l-artikolu kollu kemm hu li jikkontjeni tali bran. U f'din il-materja hu elementarili wiehed jikkonsidra mhux dak li seta' talvolta kellu f'rasu min kiteb l-artikolu, imma dak li fil-fatt kiteb, ghaliex dak li jaqra il-qarrej".

Il-margini ta' tolleranza twessa', u mhux kullkumment qawwi u anki azzardat jikkwalifika bhala ngurja", "dan li l-Qorti ghandha tippermetti l-attitudini fil-kritika li tista' tkun mhux biss iebsa izda wkoll azzardata entro l-limiti accettati tad-dicenza permessibbli f'socjeta' demokratika", u tali regoli ghandhom jigu applikati b'iktar wiesghaf'kazijiet li lejha hija ndirizzata tali kritika tkun ta' certa notorjeta` pubblika, il-kritika tkunta' interess pubbliku, u fejn il-kritika tkun ibbazata fuq u mibnija madwar fatti li jkunu sostanzjalment veri.

Ghal dak li jittratta dwar persuni pubblici tajjeb ukoll li wiehed izomm quddiem ghajnejh li fil-kuntest ta' kritika tal-istess persuni u politici u ta' l-operat taghhom, kienet ughadha permessa l-attitudini wiesgha ta' fehmiet u opinjonijiet horox anke jekk mhux misthoqqa, u kultant ingusti.

Ir-restrizzjonijiet li taghmel il-ligi ta' l-istampa (Kap 248) ghandhom jigunterpretati fid-dawl ta' l-artikolu 41 tal-Kostituzzjoni ta' Malta, kif ukoll fl-isfond ta' l-artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif dan jigi nterpretat fil-gjurisprudenza tal-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet Umani.

Dan l-izvilupp fis-sistema legali taghna huwa zvilupp sinifikanti hafna ghal pajjizna billi ma jistax ma jkollux l-effett li jwessa' d-dritt ta' l-espressjoni. Madankollu f'dan l-izvilupp essenzjali l-istampa ma nghatat ebda passaport ta' immunita' billi tibqa' dejjem il-htiega li jinzamm sens ta' proporzjon bejn il-liberta' ta' l-espressjoni uc-censura tal-malafama. Dejjem jehtieg li jinzamm bilanc bejn il-bzonn li f'socjeta' demokratika jithalla spazju sufficjenti ghall-liberta' li wiehed jikkritika u li jsemmi l-opinjoni u l-gudizzju tieghu, ma' l-bzonn l-iehor, xejn anqas mehtieg, tad-difiza ta' reputazzjoni, unur u l-isem tajjeb likull persuna f'socjeta' demokratika ghandha kull dritt li tgawdi.

Ghalkemm ma hemmx dubju likulhadd ghandu dritt jaghti l-opinjoni tieghu fuq l-operat ta' haddiehor, u fil-kamp politiku din l-opinjoni tista' tkun harxa hafna, u anke azzardata, pero' din qatt ma tista' tasal sabiex tibbaza ruhha fuq fatti li ma humiex veri jew ippruvati, u wisq inqas tali opinjoni ma tista' u m'ghandha qatt tinsinwa fatti mhux veri fil-konfront tal-persuna li lejha tkun diretta tali kritika, ghaliex l-ezercizzju tad-dritt li wiehed jaghmel kumment anke azzardat hafna ghandu dejjem il-limitu tieghu li jibbaza ruhu fuq fatti li huma veri u sostanzjati, ghaliex altrimenti ma jkun kumment xejn, izda attribuzzjoni ta' fatti skorretti ghad-dannu ta' haddiehor, u hawn immedjatament tiskatta l-protezzjonital-ligi ghall-fama tal-persuna hekk attakkata jew malafamata.

Ma jistghux jigu attribwiti fatti mhux veri lill-persuna anke jekk din ghandha posizzjoni pubblika, u dak Ii jissejjah bhala "value judgement" ghandu wkoll jigi bbazat fuq fatti u mhux fuq invenzjonijiet, u dan in verita' u fl-opinjoni ta' din il-Qorti ma jistax ikun mod iehor, ghaliex ma jistax ikun hemm "value judgement" jekkalmenu dan ma jkunx ibbazat fuq il-verita' u l-fatt rejali, ghaliex altrimenti kif jista' jkun li tali "gudizzju" jkollu xi "valur"?




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni