Reference: 2556/1997/1

Judgement Details


Date
10/01/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
ARRIGO NOEL V.
Parties
VELLA EDGAR ET vs GRECH DR JOSEPH RALPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INGUSTIZZJA PROCEDURALI - INGUSTIZZJA SOSTANZJALI - RITRATTAZZJONI, QERQ
Summary
Hemm lok ghal ritrattazzjoni jekk is-sentenza tkun ittiehdet bil-qerq ta' wahda mill-partijiet bi hsara ta' l-ohra.

Il-gurisprudenza fir-rigward tal-kuncett ta' "qerq" f'dan il-kuntest hija pjuttost skarsa ghal dak li jirrigwarda l-kuncett ta' "qerq" li hija t-traduzzjoni fil-Lingwa Maltija tal-kelma "dolo" fit-test original bit-Taljan kemm fl-Edizzjoni originali tal-1854 kif ukoll fl-emendi sussegwenti li saru fl-1859 u fl-1886. Fit-test fil-Lingwa Ingliza ntuzat il-kelma "deceit" u ghalhekk ukoll "qerq" tfisser ukoll "ingann". Logikament l-ingann isir ghad-dannu tal-parti l-ohra izdahija l-Qorti li tigi ngannata.

Il-qerq jew il-frodi li ssemmi l-ligi jridu jkunu jirrizultawjew ikunu relatati mal-proceduri decizi bis-sentenza appellata u bihom inficjata. It-talba tar-ritrattand ma tistghax tirnexxi jekk huwa ma jallegax xi irregolarita' fil-proceduri da parti ta' l-attur fil-konfront tieghu li jammonta ghal qerq u li bhala konsegwenza tieghu s-sentenza kien gust li tigi mhassra.

Tabilhaqq ingustizzja procedurali ssib ir-rimedju taghha fil-procedura tar-ritrattazzjoni ghaliex kwistjonijiet procedurali huma oggettivi u normalment huma certi u ma jippermettux hafna dubbji. Mhux l-istess jista' jinghad meta l-ilment ikun fuq is-suppost ingustizzja dwar il-meritu. Hemmhekk l-element soggettiv jesigi prudenza hafna akbar.

Il-Qorti ma ghandhiex tigi ssoggettata li tezamina ghat-tieni darba meritu li hija tkun diga' ddecidiet, u dan huwa sew u necessarju ghal diversi ragunijiet anke ta' ordni pubbliku. Madanakollu, din l-istrettezza mhijiex mitluba meta il-motiv ta' ritrattazzjoni jkun ta' facili kostatazzjoni li ma jidholx direttament fuq is-sostanza tal-meritu li jkun gie deciz izda jinfluwenzah biss indirettament semplicement ghaliex proprju l-procedura sana u formali ma gietx segwita, b'ommissjoni jew b'kommissjoni, u minhabba f'hekk inholqot ingustizzja sostanzjali li facilment tista' tigi korretta u dana minghajr b'daqshekk ma jinholqu dawk l-inkonvenjenzi, proprju procedurali, fis-sistema gudizzjarja.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment