Reference: 28/2003

Judgement Details


Date
20/02/2014
Court
OF CRIMINAL APPEAL (SUPERIOR)
Judiciary
SCICLUNA DAVID, LOFARO ABIGAIL, ZAMMIT MC KEON JOSEPH
Parties
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs NORMAN BEZZINA
ECLI
ECLI:MT:AKS:2014:86190
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KORROBORAZZJONI
Summary
Illi l-kliem “Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subartikolu (3) ta' l-artikolu 639 tal-Kodici Kriminali” (fit-test Ingliz: “Notwithstanding the provisions of article 639(3) of the Criminal Code”) ifissru illi l-artikolu 639(3) tal-Kodici Kriminali ma japplikax fic-cirkostanzi msemmija fl-artikolu 30tal-Kap. 101, izda japplika l-imsemmi artikolu 30. Ic-cirkostanzi mbaghad huma dawk specifikament imsemmija f'dan l-artikolu, cioe` li x-xhud irid ikun xtara, xort'ohra kiseb jew akkwista medicina perikoluza minghand l-akkuzat. Ghalhekk fil-kaz odjern, sakemm ma jirrizultax mill-provi illi l-appellant biegh, jew b'xi mod wassal biex ix-xhieda principali tal-prosekuzzjoni jiksbu jew jakkwistaw il-kokaina, dan l-artikolu ma japplikax u jkun applikabbli l-artikolu 639(3) kif mibdul. Bhalma ntqal fis-sentenza ta' din il-Qorti fl-ismijiet Ir-Repubblika ta' Malta v. Antonio Barbara moghtija fis-17 ta' Jannar 2008, il-fatt li x-xiehda tal-komplici issa ma tirrikjedix il-korroborazzjoni li qabel kienet rikjesta, “jitfa' responsabbilta` kbira fuq il-Qorti jew, fil-kaz ta' guri, fuq il-gurati, li jezaminaw sew u bid-dettal id-deposizzjoni ta' tali xhud u ta' xiehda u provi ohra biex jaraw jekk ghandux jitwemmen, u jekk jitwemmen m'hemm l-ebda htiega ta' korroborazzjoni.” Dan irid jigi spjegat f'termini cari lill-gurati mill-Imhallef li jippresjedi l-guri.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info