Referenza: 3/2013/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
27/01/2014
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R., MALLIA TONIO, CUSCHIERI NOEL
Partijiet
FARRUGIA SACCO L-IMHALLEF DR CARMELO vs L-ONOREVOLI PRIM MINISTRU ET
ECLI
ECLI:MT:KOS:2014:85684
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
RIKUZA
Fil-Qosor
Din kienet decizjoni dwar rikuza ta' membru tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja fiproceduri kontra Mhallef. Fost affarijiet ohra, il-Qorti qalet li il-mertu diskuss fl-ewwel decizjoni kien dwar jekk iz-zamma tal-kariga ta' president fil-Kumitat Olimpiku Malti kenitx inkompatibbli mal-kariga tar-rikorrent appellant bhala mhallef fid-dawl ta' dak li jiddisponi l-Kodici tal-Etika ghall-Membri tal-Gudikatura, filwaqt li fit-tieni kaz il-mertu dibattut kien jekk il-fatt li r-rikorrent, minkejja li hu kien gie mgharraf formalment mill-Kummissjoni b'din l-inkompatibilita` u nghata direzzjoni biex jirregola ruhu (u xorta wahda deherlu li jzomm dik il-hatra minkejja d-decizjoni tal-Kummissjoni), johloqx kaz prima facie ta' mgiba hazina li taghti lok ghat-tnehhija tieghu minn imhallef skont l-artikolu 97[2] tal-Kostituzzjoni.

Il-Qorti, bhall-ewwel Qorti, ma ratx li kienettezisti preokkupazzjoni valida li dan il-membru ma kienx, fil-fatt u fid-dehra, imparzjali jew li iddecieda b'mod parzjali kemm mil-lat soggettiv kif ukoll mil-lat oggettiv ta' kif jitkejjel l-element ta' imparzjalita` kif imhaddem u mhares mill-qrati. Lanqas ma seta' jinghad li kien jezisti dubju legittimu dwar dan, tenut kont li l-merti in diskussjoni kienu differenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni