Referenza: 509/2006/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/10/2013
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
CAMILLERI SILVIO, CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL
Partijiet
ZERAFA VINCENT ET vs CILIA EMMANUEL ET
ECLI
ECLI:MT:KOS:2013:83827
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ONERU TAL-PROVA
Fil-Qosor
Illi t-tehid tal-proprjetà ta' haddiehor huwa ksur tal-jedd tas-sid sakemm ma jintweriex illi dak it-tehid sar b'harsien tal-kondizzjonijiet li trid il-ligi, fosthom il-hlas ta' kumpens xieraq u proporzjonat. Ghalhekk meta tittiehed proprjetà huwa fuq min irid li jsir dak it-tehid l-oneru li juri lidak it-tehid sar b'harsien ta' dak li trid il-ligi. Ghas-sid bizzejjed juri li ttehdulu hwejgu; imiss lill-parti l-ohra li turi li dak it-tehid huwa gustifikat.
Ghalhekk, fin-nuqqas ta' prova dwar il-valur tal-proprjetà, dan in-nuqqas ghandu jmur favur is-sid, ghax il-parti l-ohra tkun naqsetli turi li t-tehid sar b'harsien tal-ligi billi inter alia l-kumpens moghti huwa wiehed xieraq u proporzjonat. Naturalment, f'dan il-kaz, dan inghad bla hsara ghal fatt li kienet saret prova bizzejjed illi l-kumpens meta mqabbel ma' kemm tiswa l-proprjetà b'ebda mod ma seta' jitqies xieraq jew proporzjonat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment