Referenza: 32/2011/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
01/07/2013
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO, CUSCHIERI NOEL, ZAMMIT MC KEON JOSEPH
Partijiet
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA vs CAMILLERI ALFRED
ECLI
ECLI:MT:KOS:2013:82039
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INTERROGAZZJONI
Fil-Qosor
Illi l-akkuzat ghandu d-dritt li jigi mgharraf bil-jedd tieghu li jibqa sieket u f'dan il-kaz l-appellat ma kienx mgharraf bil-jedd tieghu li jibqa' sieket u ma jwegibx. Fic-cirkostanzi, ma jistax jinghad li l-appellat kien moghti ghazla li jibqa' sieket. Ma kien hemm l-ebda allegazzjoni illi l-appellat kien mhedded jew imqarraq b'weghdiet ta' xi vantagg. Hemm pero` l-kwistjoni, li l-Qorti qiesetgravi, illi l-appellat ma nghatax il-libertà fl-ghazla jekk iwegibx jew le u b'hekk kien privat minn garanzija kontra kull pregudizzju jew riskju ta' awto-inkriminazzjoni. Fil-ligi taghna kif kienetfiz-zmien relevanti ghal dan il-kaz, u cioe` qabel ma dahhlu fis-sehh l-Art. 355AT u 355AU tal-Kodici Kriminali, il-jedd li tibqa' sieket u ma twegibx ghal mistoqsijiet li jsirulek kien assolut u blakundizzjonijiet. Ghalkemm fiz-zmien ta' dan il-kaz, l-appellat ma setax jaghzel li jkellem avukat qabel ma jwiegeb, ma kienx liberu li jaghzel illi ma jwegibx id-domandi li saru mill-pulizija qabel uwaqt it-tfittxija mill-pulizija tas-7 ta' Settembru 2006 ghaliex ma nghatax it-twissija. Il-Qorti kienet ghalhekk tal-fehma illi kien hemm ksur tal-jedd tal-appellat ghal smigh xieraq u ikkonfermat l-ordni tal-ewwel qorti li ma ssirx referenza ghad-domandi li kienu saru lill-akkuzat.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni