Reference: 1423/2001/1

Judgement Details


Date
15/04/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BAGGITT ENTERPRISES LTD vs CHETCUTI JEFFREY ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KLAWSOLA PENALI, DISKREZZJONI TAL-QORTI LI TTAFFI L-PENALI - KLAWSOLA PENALI, MINN META GHANDU JIBA JINTGHADD IZ-ZMIEN F`KAZ TA` PENALI STIPULATA GHAD-DEWMIEN - KLAWSOLA PENALI, NATURA TA`
Summary
Il-validita` ta` klawsola penali tiddependi fuq il-validita` tal-ftehim li tieghu tkun tifforma parti.

Il-klawsola penali hija ghamla ta' danni pre-likwidati li biha l-appaltant (jew kreditur tal-obbligazzjoni) jehles mill-obbligu li jipprova li garrab hsara, ghaliex jistrieh biss fuq il-fattli l-appaltatur (jew id-debitur tal-obbligazzjoni) ma jkunx wettaq fil-hin dak li ntrabat mal-partil-ohra li jaghmel.

Fejn il-klawsola penali tkun giet miftehma minhabba d-dewmien, l-effettitaghha ghandhom jibdew isehhu minn dak inhar li tghaddi d-data miftehma ghat-twettiq tal-obbligazzjoni, u mhux minn dak inhar li jkun sar il-ftehim li l-klawsola penali taghmel biss parti minnu.

Il-ligi taghti s-setgha lill-Qorti li tnaqqas jew itaffi l-penali f'zewg kazijiet biss: jigifieri, (a) id-debitur ikun esegwixxa parti mill-obbligazzjoni, u l-kreditur ikun accetta espressament il-bicca li giet esegwita; jew (b) jekk id-debitur ikun esegwixxa parti mill-obbligazzjoni, u dik il-parti mill-esekuzzjoni tkun, fic-cirkostanzi, bic-car swiet lill-kreditur. Izda f'dan l-ahhar kaz, il-Qorti lanqas ghandha l-imsemmija setgha jekk kemm-il darba l-klawsola penali tkun giet miftehma ghad-dewmien biss.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment