Reference: 621/2001/1

Judgement Details


Date
28/02/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
FORMOSA GAUCI AGATHA SIVE AGATHINA vs LANFRANCO AVV. DR. FRANCIS ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
INTERESS GURIDIKU, ELEMENTI TA` - INTERESS GURIDIKU, INTERESS MERAMENT MORALI
Summary
L-interess mehtieg irid ikun wiehed dirett, legittimu u kif ukoll attwali, u jrid johrog minn stat attwali ta' ksur ta' jedd, liema ksur ikun jikkonsisti f'kundizzjoni pozittiva jew negattiva li xxejjen jew tipprova ggib fix-xejn dritt li jappartieni lid-detentur jew li lilu jkun misthoqq.

Illi l-interess guridiku f'attur huwa dak li l-imharrek jirrifjuta li jaghraf il-jedd tal-istess atturu li, fih innifsu, johloq il-htiega tal-vertenza. Ghalhekk, dan igib mieghu il-konsegwenza li l-ewwel u l-aqwa interess guridikament ammissibbli huwa dak li kull persuna ghandha, jigifieri li titlobli, fil-konfront taghha, isir haqq jew li tigi msewwija ingustizzja maghmula fil-konfront taghha.

Biex tali interess ikun tutelat minn karattru guridiku, irid ikun iwassal ghal rizultat ta' utilita' u vantagg ghal min irid jezercita l-jedd , b'mod li jekk l-azzjoni ma tistax twassal biex tipproduci tali rizultat ghal min jibdiha, dik l-azzjoni ma tistax tregi. Kien minhabba dan il-principju li ghadd ta' sentenzi cahdu l-jedd tal-azzjoni lil min ried jikseb b'sentenza biss dikjarazzjoni minghajr oggett materjali.

Jizdied jinghad ukoll li ghal dak li jirrigwarda l-aspett ta' attwalita' tal-interess li biex azzjoni tista' ssehh u titqies imsejsa b'interess kif imiss, trid tkun kapaci li tipproduci rizultat vantagguz jew utli ghal min jipproponiha u li dak ir-rizultat jista' jigi utilizzat.

Minbarra dan, u dejjem ghal dak li jirrigwarda l-aspett tal-attwalita' tal-interess f'attur, irid jintwera li dak l-interess jibqa' jsehh matul il-hajja kollha tal-azzjoni, u mhuxbiss fil-bidu taghha, ghaliex jekk dan l-interess jintemm fix-xejn, il-konsegwenza immedjata tkun lil-imharrek jinheles milli jibqa' fil-kawza.

Gie stabilit ukoll mill-Qrati li dak li jfisserl-interess tal-attur ghandu jkun jidher mill-att tac-citazzjoni nnifisha , u ghalkemm il-mottiv tal-interess mhux mehtieg li jkun imsemmi fic-citazzjoni, ghandu jirrizulta mill-provi jekk kemm-il darba jigi kuntrastat.

Dwar il-kwestjoni tal-attwalita' tal-interess, b'mod partikolari dak l-interess li ghandu juri l-attur biex isostni l-kawza, inghad ukoll li fil-prattika gudizzjarja wiehed jista' jressaq kawza biex jikseb dikjarazzjoni preordinata ghal azzjoni definitiva u ahharija, minkejja li din ma tkunx giet inkluza fl-azzjoni ta' accertament . Madankollu, f'kaz bhal dan, l-Qorti trid tkun soddisfatta li jkun hemm l-interess mehtieg, anki preordinat ghall-kawza l-ohra, u li d-dikjarazzjoni miksuba fil-kawza ta' accertament tkun tifforma l-bazi tal-kawza l-ohra li tista' ssir 'ilquddiem.

L-interess mhux tabilfors ikun wiehed li jigi kwantifikat f'somma determinata ta' flus jew gid, u jista' jkun ukoll meqjus imsejjes jekk jimmira li jhares jew jaghti gharfien ghal jedd morali jew suggettiv , imbasta l-jedd invokat ma jkunx wiehed ipotetiku.

Jaqghu taht skrutinju tal-Qrati wkoll dawk l-azzjonijiet li, ghalkemm imsejsin fuq jedd tal-attur, ikunu mahsuba esklussivament biex jaghmlu hsara lill-imharrek minghajr ma jaghtu l-ebda vantagg utli lill-attur, ghajris-"sudisfazzjon" li jkun qaghbar lill-istess imharrek. Dawn l-azzjonijiet huma maghrufa fid-duttrina bhala acta ad aemulationem. F'kazijiet bhal dawn, id-duttrina tqis li azzjonijiet ta' din l-ghamla huma sahansitra illegali u jonqos fihom l-interess guridiku mehtieg.

Interess merament morali li bih l-attur jipprova jsalva l-gieh ta` persuna mejta di per se ma jammontax ghall-interess rikjest sabiex tigi proposta azzjoni.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info