Referenza: 2576/2000/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
15/03/2002
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
MAGRI ALBERT J.
Partijiet
CITADEL INSURANCE PLC vs GALEA PAUL
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, RIGH TURN - KOLLIZJONI, SORPASS
Fil-Qosor
Ir-regoli tas-sewqan qedin hemm biex jigu rispettati u kemm-il darba dawn jigi segwiti skrupolozament tigi mwarba kull possibilita' ta' incident awtomobilistiku. Meta dan jsehh il-Qorti tigi adita sabiex tiddetermina min mis-sewwieqa kien responsabbli jew, jekk ikun il-kaz, tapporzjona r-responsabbilita' fuq il-persuni nvoluti.

Insibu decizjonijiet konfliggenti, dwar meta issehh habta waqtsorpass bil-karozza ta' quddiem qed tbiddel id-direzzjoni, izda dan ma jgrix billi d-diversi gudikanti ma jaqblux fuq il-principji li ghandhom jigu applikati, izda pjuttost minhabba li jkun hemm cirkostanzi relevanti li jvarjaw minn kaz ghal iehor.

Hawnhekk il-Qorti fuq qil-bazi tal-provi prodotti qasmet ir-responsabilita` bejn il-kontendenti fi kwoti ugwali.

Is-sewwieq tal-vettura ta` wara ittanta sorpass fil-vicinanzi ta' "road junction" u inoltre ittanta jaghmel hekk minghajr mata' indikazzjoni lill-utenti l-ohra tat-triq li kien ser jaghmel sorpass.

Is-sewwieq tal-vettura ta` quddiem kien konxju li l-vettura l-ohra kienet warajh, u anke induna li din kienet mixja b'certa speed, madanakollu ittanta jikser fuq il-lemin, meta l-vettura ta' warajh kienet tinsab distanza relattivament qasira lura minnu.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni