Reference: 1509/1997/1

Judgement Details


Date
28/02/2002
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
PACE RAYMOND C.
Parties
VISUAL AND SOUND COMMUNICATIONS LIMITED vs CAMILLERI MARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
MANDAT KAWTELATORJU, DANNI SUBITI IN KONNESSJONI MA` - QUI SUO IURE UTITUR, NON VIDETUR DAMNUM FACERE
Summary
In materja ta` azzjoni ghad-danni sofferti in konnessjoni mal-hrug ta` mandat kawtelatorju:

(a) Huwa principju fondamentali illi min jezercita dritt li jispetta lilu ma jistax jitqies li f'danl-ezercizzju ikun responsabbli ghall-hsara li bhala konsegwenza jista' jbati haddiehor, in omagg ghall-massima "Qui suo iure utitur, non videtur damnum facere", bil-konsegwenza li d-dritt ghar-rikorsghall-protezzjoni tal-Qorti, huwa dritt li l-ezercizzju tieghu mic-citaddin ma ghandu bl-ebda mod jigi mxekkel.

(b) Tali dritt tac-cittadin ghar-rikors lejn il-Qorti ma ghandux jigi abbuzat.

(c) Il-fatt li t-talba ta' min ipprovoka l-proceduri tigi michuda mill-Qorti, bl-ebda mod ma tfisser necessarjament li sar abbuz mid-dritt li tigi adita l-Qorti. Dan ghaliex ghalkemm il-ligi hija l-istess ghal kulhadd, huwa veru ukoll li l-ligi hija soggetta ghal diversi interprettazzjonijietli l-partijiet jafdaw fil-gudikant biex jinterpreta u jiddeciedi dwarhom.

(d) Tali abbuz jigi riskontrat biss f'kazijiet eccezzjonali u dan kwazi dejjem f'kazijiet ta' vessatorjeta' nascenti minn mala fede jew dolo jew almenu negligenza gravament kolpusa, fejn min ikun adixxa lill-qorti ghall-hrug ta' tali mandat kawtelatorju ikun ibbaza fuq cirkostanzi manifestament bla fondament fil-fattjew fid-dritt u ghalhekk il-gudizzju promoss jirrizulta vessatorju. Apprezzament zbaljat tal-fattili fuqhom tkun bazata azzjoni u l-konsegwenzi guridici li jidderivaw minnhom mhu xbizzejjed sabiex jiggustifikaw domanda ghad-danni da parti ta` min johrog rebbieh tal-kawza.

(e) Dan l-ahhar principju huwa ibbazat fuq il-fatt li l-element ta' vessatorjeta' jimplika abbuz tad-dritt ta' azzjonigudizzjarja. Ghalhekk min jagixxi in mala fede jew fuq il-bazi ta` zball grossolan jista` jigi kkundannat ihallas danni lill-avversarju tieghu.

B'effett tal-Att XXIV tal-1995, l-Artikolu 836 (9) li jirreferi ghas-subartikolu (8) indika l-kazi ad hoc fejn persuna tista' taghmel citazzjoni kontra l-persuna li fuq talba taghha ikun inhareg il-mandat kawtelatorju sabiex ihallas dawk id-danni lil dik il-persuna li hija setghet garbet bil-hrug tal-mandat u l-kazijiet indikati huma ai termini tal-artikolu (8) u (9) is-segwenti:-

(a) jekk ir-rikorrent ma jaghmlix il-kawza dwar it-talbafiz-zmien stipulat mill-ligi.

(b) jekk, fuq it-talba tal-konvenut ghat-tnehhija ta' l-att kawtelatorju, l-attur jonqos milli jiggustifika li l-att kawtelatorju kellu jinhareg jew fi zmien hmistax-il jum qabel ma sar ir-rikors ghall-hrug ta' l-att kawtelatorju, huwa jkun b'xi mod talab lill-konvenut li jhallas id-dejn, jew jekk id-dejn ma jkunx wiehed likwidu, sabiex jipprovdi sigurta` bizzejjed.

Izda d-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu ma ghandhomx japplikaw meta jintwera li kien hemm raguni ta' urgenza ghall-hrug tal-mandat.

(c) jekk ic-cirkostanzi tad-debitur kienutali li ma jaghtux lok ghal xi dubju ragonevoli dwar il-likwidita' tieghu u dwar il-kapacita' finanzjarja tieghu li jhallas it-talbiet tar-rikorrent, u din il-qaghda tad-debitur kienet maghrufa sew;

(d) jekk it-talba tar-rikorrent tkun wahda li ssir b'malizzja, tkun frivola, jew vessatorja.

Minn ezami tal-istess ragunijiet jidher car, li apparti xi ragunijiet specifici li gew introdotti per se fl-istess artikoli, l-ispirtu tal-istess artikoli huwa intiz, sabiex bhal ma stabbilietil-gurisprudenza konstanti, ma jkunx hemm abbuz minn tali hrug ta' mandati kawtelatorji, u dan l-abbuz huwa identifikat f'kazijiet ta' mala fede, vessatorjeta' u negligenza grossolana.

Tali kazijiet ma eliminawx per principju l-azzjoni generali ghad-danni ai termini tal-Artikolu 1031 tal-Kap16, dejjem fil-kuntest u b'konsegwenza ta' dritt ta' azzjoni, pero' in verita' u fil-prattika tali azzjoni, diretta ghall-hrug ta' mandati kawtelatorji, giet illum kristalizzata bl-istess artikolu 836(9). Dan ghaliex l-istess artikolu introdott bil-ligi tal-1995, ikkodifika u applika l-principji elenkati fil-gurisprudenza ta' qabel, in materia ta' possibilita` ta' azzjoni danni wara il-hrug ta' mandat kawtelatorju, u minn ezami tal-istess ragunijiet hekk elenkati, huwa difficli li wiehed jahsebli hemm ragunijiet barra dawk elenkati fl-istess artikolu 836, fejn l-azzjoni in generali tista' tirnexxi.

Dan ifisser illi dak li l-Qorti trid tara huwa jekk il-konvenut kellux prima facie bazi guridika li fuqha setgha jagixxi sabiex johrog mandat kawtelatorju, u dan fid-dawl tal-principjuli d-dritt per se ghall-azzjoni gudizzjarja ma ghandu bl-ebda mod jigi pregudikat, u wisq inqas id-dritt ta' persuna li tipproteggi l-interess taghha sakemm id-dritt sostantiv jigi finalment determinat mill-istess Qorti. Minn dan isegwi li anke jekk jigi determinat fil-posittiv li r-rikorrenti kelludritt jagixxi sabiex jissalvagwardja il-pretensjonijiet tieghu, ovvjament dan ma jfissirx li taliazzjoni ser tirnexxi, ghaliex id-determinazzjoni tal-istess talbiet tispetta biss lil dik il-Qorti li qed tisma' l-mertu tal-kawza u fl-ambitu tal-kawza proprja dwar il-mertu.

Bhal fi kwalsijasi azzjoni ohra ghad-danni, id-danni allegatament subiti ghandhom jigu provati.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info